Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
Katigoriji ohra
 
 

 

ARTIKLI

 
 

Giuseppe Calì (1846 - 1930)

• Mur knisja parrokkjali f’Malta u ghodd in-numru ta’ xoghlijiet tal-pittur Giuseppe Calì. Mur f’Muzew, sew dak statali u dak parrokkjali u ara kemm pittura ta’ dan l-artist tinsab fil-kollezzjoni. Mur ghand kollezzjonisti ta’ l-arti u ara kemm disinji u xoghlijiet ohra ta’ dan l-artist huma mdendlin mal-hitan tad-djar taghhom. Tant li Dominic Cutajar sejjah lil dan l-artist l-aktar wiehed popolari fost l-artisti moderni Maltin. Ir-raguni hija wahda semplici, Giuseppe Calì hadem fuq li hadem matul il-karriera twila tieghu.

Min kien Giuseppe Calì?

Giuseppe Calì twieled minn familja li minhabba x-xoghol tal-membri taghha, giet toqghod f’Malta. Missier Giuseppe kien wiehed Naplitan – Raffaele Calì. Dan kien xenografu, jahdem mat-Teatru Rjal, l-aqwa teatru ta’ dawk i\-zminijiet f’Malta. Ommu kienet ukoll mara ta’ teatru. Din kienet Giovanna Padiglione u din kienet kantanta lirika. Fost iz-zminijiet ta’ Giuseppe Calì nsibu tnejn li kienu wkoll artisti. Dawk kienu Antonio u Gennaro Calì. Ghalhekk meta Giuseppe Calì twieled fil-belt Valletta l-arti kienet parti mill-benniena tieghu.
Giuseppe Calì (1846 - 1930)


L-ewwel passi fl-arti kien ghamilhom ma’ missieru. Kien hu li fetah il-bibien ghal Giuseppe Calì. Bil-hila tal-flus li kien offra certu wiehed sinjur William Eynaud, Giuseppe Calì halla Malta u mar fil-belt ta’ missieru – Napli. Hawn kompla l-istudju tieghu fil-qasam ta’ l-arti. Hu studja taht Giuseppe Mancinelli. Izda l-influwenza fuq l-arti tieghu giet minn forsi ohra. Wahda minn dawn kienet l-ideat ta’ neo-klassici jew ahjar l-ideat tan-nazareni. Sab ukoll inspirazzjoni mill-ideat xi ftit goffi teatrali ta’ Domenico Morelli. Waqt li kien f’Napli hu ha l-okkazjoni biex jistudja mill-qrib l-arti ta’ Filippo Palizzi. Dan kien artist realista. Hu ra wkoll dawk kollha li kienu qed jag]mlu d-dixxipli ta’ dan l-artist. Fejn tidhol l-arti tal-pajsagg Giuseppe Calì wiret l-ideat ta’ Nitts, ta’ Federico Rossano u ta’ l-artisti li kienu jifformaw l-iskola ta’ Resina.

F’Malta

Meta dahhal mill-gdid f’Malta u beda jahdem xoghlijiet realistici Insemmu fost l-ohrajn il-pittura ta’ Fra Crispin. Dan ix-xoghol jinsab fil-kollezzjoni tal-patrijiet Kapuccini, jigifieri fil-kollezzjoni li dawn il-patrijiet ghandhom fil-muzew taghhom li jinsab biswit il-knisja konventwali fil-Furjana.

Ghall-knejjes Giuseppe Calì dahhal l-idea ta’ sentiment retoriku li nizel ferm tajjeb mal-membri tal-kleru Malti. Fejn jidhol pajsagg Giuseppe Calì ghamel zmien qasir johloq din it-tip ta’ arti. L-ahjar perjodu kien ftit wara mill-wasla tieghu minn Napli. Fost dan it-tip ta’ xoghlijiet insibu dak l-inkwadru li jinsab fil-kollezzjoni nazzjonali, jigifieri fil-Muzew Nazzjonali ta’ l-arti li jinsab fi Triq in-Nofsinhar. Dan ix-xoghol kien proprjetà tal-pittura l-Kavallier Edward Caruana Dingli li gie moghti lill-kollezzjoni nazzjonali fis-sena 1950. L-istil ta’ dan l-inkwadru hu wiehed li jeqred hafna x-xoghlijiet ta’ Courbet. Wiehed jista’ wkoll idahhal l-influwenza tax-xoghlijiet ta’ Federico Rossano. Wiehed jista’ jinnota d-daqqa tal-pinzell li johloq it-tip tal-haxix li wiehed jista’ jsib fil-pajjizi tal-Mediterran. Hawn Calì juza hafna kuluri naturali bhal ahdar, isfar u kannella. Xoghol iehor ta’ dan it-tip jinsab ukoll fil-kollezzjoni nazzjonali. Dan juri tifla bil-kappell tat-tiben.

Giuseppe Calì kien maghruf ghall-pittura/wicc. Fost dawn ix-xog]lijiet wiehed jista’ jammira l-pittura/wicc tat-tabib Zammit Clapp li jinsab fil-kollezzjoni nazzjonali. Fl-istess kollezzjoni hemm pittura li llum tinsab fil-parti tar-reserva. Dan juri ezempju ideali ta’ drammatici li Calì kien jaf johloq. Dan ix-xoghol juri l-mewt ta’ Dragut. Ghalija dan ix-xoghol hu wiehed mill-aqwa xoghlijiet ta’ dan l-artist ghax juri l-hila kollha tieghu b’mod drammatiku. Dan l-inkwadru juri l-influwenza li l-familja Calì kellha fuq dan il-bniedem. It-teatru kien parti mill-hajja tal-familja Calì u ghalhekk meta gie biex johloq dan l-inkwadru Calì mar lura ghal dawk iz-zminijiet fejn ir-rectar isir parti integrali mill-pittura.

Knejjes

L-isem ta’ Giuseppe Calì hu isem marbut mal-knejjes Maltin. Wiehed jehtieg idur xi ftit fil-knejjes Maltin biex jara kemm Calì hadem ghal dawn il-postijiet. Ser niehdu ezempju ta’ knisja parrokkjali, dik ta’ knisja parrokkjali ta’ Hal Tarxien. F’din il-knisja marjana wiehed jista’ jara diversi opri ta’ dan l-artist. Wiehed jista’ jsemmi l-pittura ta’ San Frangisk li tinsab fuq wiehed mill-artali tal-genb ta’ din il-knisja. Hemm ukoll il-pittura tad-Duluri li tinsab fuq artal iehor tal-genb. Taht il-koppla hemm evangelisti bl-armi taghhom u bl-armi tal-familji li halsu ghalihom. Vicin it-titular hemm zewg figuri. Dawn juru lil San Pietru fuq naha wahda u lil San Pawl fuq in-naha l-ohra. Dawn huma wkoll xoghlijiet ta’ Giuseppe Calì. Biswit it-titular, fil-kor tal-knisja hemm zewg kapulavuri ta’ dan il-bniedem. Dawn huma affreski u juru l-Harba lejn l-E[ittu u l-Adorazzjoni tal-Magi. Fl-istess knisja hemm aktarx l-ahhar xoghol tieghu. Din turi lil San Vincenz Ferrerri.

Anke meta kiber u kien fis-sodda tal-mewt Calì baqa’ jpitter u jpingi. Hu kellu familja kbira fuq spalltu u meta hafna mill-ulied waqfu djar taghhom kien baqa’ xebba li baqghet id-dar. Calì miet fis-sena 1930.

 

 

Edward Caruana-Dingli (1876 – 1950)

L-arti tal-Kavallier Edward Caruana-Dingli hija arti li taghti hajja lil Malta tas-seklu l-iehor, qabel ma faqqet it-Tieni Gwerra Dinjija. Edward Caruana-Dingli twieled fil-belt Valletta fl-10 t’Awissu 1876. Missieru kien Raphael Caruana-Dingli waqt li ommu kienet Martha xebba Garroni. Hu studja l-arti taht it-tmexxija ta’ Giuseppe Calì. Fis-sena 1895 hu dahal mal-Malta Civil Service billi l-hajja ta’ l-artist kienet iebsa wisq. Wara dahal mar-Royal Malta Artillary. Hemm dam 15-il sena fejn serva sew f’Malta u sew barra minn Malta. Fil-hin liberu hu kien jahdem pittura/wicc u veduti.

Fis-sena 1900 hu zewweg lil Charlotte Falzon u minn dan iz-zwieg gew zewg t’itfal. Dawn kienu George u Frederick. Ta’ 37 sena hareg bil-pensjoni u beda jahdem biss bhala artist. Hu kompla jpitter ritratti u xeni tipici Maltin. Wahda minn dawn ix-xoghlijiet hu l-Mandragg. Ghandu xoghol iehor li juri minn gewwa l-Konkatidral ta’ San Gwann. Hu hadem ukoll il-pittura/wicc tieghu. Naraw li dan l-artist liebes l-ilbies ta’ kavallier ta’ l-Ordni ta’ San Gwann fil-fergha Ingliza ta’ l-Ordni. Hu vjagga ma’ l-erba irjihat tal-kontinent ta’ l-Ewropa. Waqt li kien f’Ruma hu gie offrut post fl-Akkademja Brittanika.


Fis-sena 1921 reggha dahal Malta fejn pitter il-pittura-wicc tad-Duka ta’ Connaught bhala membru ta’ l-Ordni ta’ San Gwann. Hu pitter ukoll li r-Re Gorg VI libes il-hwejjeg tal-kurunazzjoni. Ta’ min jghid li fic-centru ta’ l-Ordni f’Londra gewwa Clarkenwell, hemm diversi putturi ta’ dan l-artist Malti. Dawn il-kwadri huma kollha kbar u juru diversi membri tal-familja Irjali Ingliza.

Edward Caruana-Dingli (1876 – 1950)

Hafna mix-xoghlijiet tieghu juru l-hajja Maltija. Naraw nies bl-ilbies tradizzjonali bhall-ghonnella u l-irgiel bis-sidrija u terha. Naraw folla nies waqt xi festa tradizzjonali bhal fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira jew dik ta’ l-Irxoxt. Naraw ukoll folla nies sejrin il-Buskett. Il-figuri bil-kostum huma wkoll popolari fix-xoghlijiet ta’ dan l-artist. Il-mara bl-ghonnella sewda u maktur isfar hija maghrufa bhala wahda mix-xoghlijiet ewlenin ta’ dan l-artist. Dan ix-xoghol ma’ hafna xoghlijet ohra tieghu kienu fl-ufficju tal-Prim Ministru Malti meta kien hemm Dom Ministru ta’ Malta.

Edward Caruana-Dingli pitter dak li kien jara. Pitter it-tfal rahhala li kienu jidhlu fil-belt Valletta biex ibieghu l-prodotti taghhom biex jaqilghu xi sold. Ezempju ta’ dan hu l-kwadru li juri grupp ta’ tfal ibieghu l-karawett. Fuq wara hemm xena ohra. Hemm patri hiereg minn knisja u tlett irgiel madwar basket karawett. Il-kwadru mara bl-ghonnella u t-tfal li tinsab f’kollezzjoni privata turi l-imhabba ta’ tifla lejn l-omm u l-imhabba ta’ l-omm lejn it-tarbija taghha. It-triq hija vojta u billi hi triq tal-Belt Valletta aktarx tohrog l-idea li din l-omm dahlet il-belt wara nofs inhar, f’]in ta’ xemx u sahha minhabba xi qadja importanti. Ghalkemm l-omm qeghda tghaggel hi qed tipprotegi t-tarbija mir-raggi shan tax-xemx.

Fil-Muzew ta’ l-Arti

Fil-kollezzjoni nazzjonali nsibu diversi xoghlijiet tieghu. Hemm il-pittura tieghu - self-portrait. Hemm ohra ta’ Olga Galea-Naudi. Tieghu ukoll hija Watercolour li turi il-festa ta’ Korpus. Din il-purcissjoni tidher li hierga mill-knisja kon-katidrali ta’ San Gwann gewwa l-Belt Valletta. Xoghol iehor fl-istess kollezzjoni juri l-fiera tal-prodotti tal-biedja. Hawn ma tarax prodotti izda nies eleganti b’ilbies tradizzjonali ta’ dawk iz-zmienijiet. Kull figura fiha moviment. Kull persuna fiha studju ghalija. Hu minnu li kulhadd sejjer naha wahda izda ma hemmx folla izda gabra ta’ nies flimkien. Kwadru iehor sabih ta’ dan l-artist hu triq tal-Belt Vittorja. Naraw mara bl-ghonnella u statwa tal-gebel ta’ San Gorg. Din in-nicca hija parti mid-dar li fiha l-elementi kollha ta’ dar f’Ghawdex - bieb u gallerija miftuha. Fuq il-faccata tad-dar hemm l-isem tat-triq ‘a la Taljana’ - Strada S. Giorgio.

Fis-sena 1929 hu sar id-direttur ta’ l-iskola Maltija ta’ l-Arti. Minn taht it-tela tieghu hargu diversi artisti Maltin li hakmu x-xena Maltija ghall-bqija tas-seklu. Insemmu fost l-ohrajn Emvin Cremona, Anton Inglott, Esprit Barthet, Willie Apap,Vincent Apap, Emanuel Borg Gauci. Insibu li matul iz-zmien tnejn minn dawn l-istudenti li kienu mdahlin fil-qasam ta’ l-iskultura hadmu bust ta’ dan l-artist. Wiehed minnhom jinsab fil-kollezzjoni nazzjonali ta’ l-arti. Dan hu xoghol Borg Gauci.

fuq
 

Azzopardi David ( 06.05.1940 ) kompozitur, kantant, xandar u gurnalista.

It-tieni minn hdax il-ahwa, twieled Birkirkara mill-genituri Joseph u Helen nee’ Borg. Ircieva l-edukazzjoni tieg]u il-Kullegg San Lwigi, B’Kara u Sant Agata, Rabat. Ta’ hdax il-sena inghaqad mas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl u fl-fl-1976 gie ordnat sacerdot.
Bhala sacerdot, David hadem hafna qrib il-poplu,kemm mat-tfal, zghazagh, koppji u anzjani. Fost l-ohrajn waqqaf il-Moviment Kuragg u Tama ghar-Romol u ghamel 10 snin bhala direttur ta’ l-Oratorju B’Kara. Ghal hmistax il-sena jghallem l-Ingliz, Religjon u Muzika fil-kullegg ta’ Sant Agata r-Rabat. Kien assistent tas-Superjur Generali tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl u ghamel ukoll esperjenzi Missjunarji, il-Pakistan, l-Indja u l-Peru.

 

Bhala Xandar, Azzopardi beda fl-1967 bhala produttur u presentatur ta’ programmi fuq MTV u r-Rediffusion. Fl-1970 temm b’success kors tar-radju u televizjoni fil-Catholic Radio And Television Centre, Hatch End gewwa Londra, l-Ingilterra. Hemmhekk ha tahrig ukoll ma’ l-BBC. Kellu esperjenzi mill-qrib ta’ produzzjoni ma’ l-RTF, Franza,  RAI, Italja u NBC gewwa New York, l-Amerika. David ipproduca kif ukoll ipprezenta programmi fuq Melbourne Ethnic Radio Station gewwa l-Awstralja. Fl-1990 gie ma]tur b]ala l-ewwel Kap tal-Programmi ta’ l-RTK u fl-2001 gie mistieden biex ikun l-ewwel Kap ta’ Programmi ta’ BKR Radio fejn stabilixxa is-slogan ta’ l-istazzjon, “Inxandru Dak li Jghaqqadna.”

David Azzopardi
 

Flimkien ma’ martu Doris, prezentaw zewg sensiliet Specjali Ghalik. Ta’ tlett sieghat kull wiehd, kull nhar ta’ Hadd fuq NET TV kif ukoll dokumentarju maqsum f’erba’ episodji dwar Il-Qawwa ta’ Lourdes. Is-Sena li ghaddiet ipprezenta zewg sensiliet tal-programm Din Hajti fuq Super One Tv.
Zewg okkazjonijiet memorabbli kienu meta flimkien ma’ Vince Fabri mexxa kor iffurmat minn mitejn zaghzugh u zaghzuagha fl-ewwel zjara tal-Papa Gwann Pawlu II  u fit-tieni zjara ta’ l-istess Papa, flimkien ma’ Roderick Agius ikkummentaw xandira diretta minn fuq il-fosos tal-Beatifikazzjoni ta’ Dun Gorg Preca, Addeodata Pisani u Nazju Falzon.”
Ikkumenta direttament fuq NET Tv il-funeral ta’ Papa Gwann Pawlu II kif ukoll il-hatra ta’ Papa Benedittus XVI

 

Bhala kantant u kompozitur, David ircieva t-tahrig tieghu fuq il-pjanu,teorija u kompozizzjoni minn Fr Albert Borg osa, filwaqt li fuq l-orgni tharre]g mill-Kavallier Dun Karm Scerri. Tharreg fil-poezija mill-poeta tan-Nirien, Karmenu Vassallo. Fl-1970 waqqaf l-SSP Guitar Group. Huwa kiteb il-kliem u kkompona l-muzika tal-kanzunetti kollha tieghu. Il-bicca l-kbira tal-kanzunetti tieghu gew ipproducuti fi 3 LPs u erbatax il-single. Hareg ukoll tlett CD albums “Ghanja gdida”, “ Wicc Imbwicc ” u “Ilma Gieri” Ippublika wkoll tlett kotba kemm bil-kliem kif ukoll bil-muzika ta’ dawn il-kanzunetti kif ukoll b’istruzzjonijiet bazici ta’ kif titghallem wahdek iddoqq il-kitarra.

Bhala kittieb, Is-sensiela “Mintix Wahdek” gew traskritti f’zewg kotba “Wahdek Qatt!” li kienu mibjugha kollha fi zmien qasir hafna.  David ikkontribwixxa b’diversi kitbiet tieghu kemm fuq gazzetti bil-Malti kif ukoll bl-Ingliz. Bhalissa huwa kontributur regolari fuq il-magazin bl-Ingliz li johrog darba fix-xahar ‘Life & Style’ kif ukoll F’The Sunday times. Mistenni li fil-qrib johrog tlett kotba ta’ avventura bi sfond storiku u kulturali, “It-Tifel ta’ l-Istitut”, “Iz-Zija tal-Mellieha”, u “Il-Misteru ta’ taht is-Sigra tal-Harrub.”

Fl-1988, Azzopardi gie mahlul mir-rabtiet sacerdotali tieghu. Fl-istess zmien beda jahdem is-Sedqa maz-zghazagh u l-familji ta’ dawk li ghandhom problema bl-abbuz tad-droga. Din is-Sena gie vvutat b[hala l-haddiem tas-Sena ta’ l-Agenzija Sedqa.
Fl-1999 hie msejjah biex ikun membru fil-Bord ta’ Vizitaturi tal-Habs.

Fit-18 t’Awissu, 1999, David izzewweg lil Doris nee Spiteri, li tahdem bhala gurnalista tal-features ma’ In-Nazzjon. Flimkien ipproducew u ipprezentaw “Spe`jali Ghalik!” zewg sensiliet popolari fuq NET Tv kif ukoll “Tini Jdejk” sensiela ohra ta’ stejjer umani fuq l-istess stazzjon. Fis-sena 2000 ipprezentaw dokumentarju maqsum f’erbgha episodji “Il-Qawwa ta’ Lourdes.”

Il-VAPUR TA’ L-ART

Il-Vapur ta’ l-Art ,jew ahjar il-Ferrovija, f’Malta taf il-bidu taghha nhar l-Erbgha 28 ta’ Frar 1883. Kien it-3.00 p.m meta saret inawgurazzjoni tal-ferrovija mill- istazzjoni tal-Belt ghal dak tar-Ranat. Fuqha kien hemm l-ahjar nies ta’ dak iz-zmien. Mill-ghada 1 ta’ Marzu dan is-servizz tal-ferrovija kellu jkun parti integral ital-Maltin, g]al 48 sena, meta gie fi tmiemu fil-31 ta’ Marzu 1931.

Izda l-preparamenti ghall-ferrovija saru minn hafna snin qabel. Insibu li fl-1870 Mr.J.Scott Tucker ressaq progett quddiem il-Gvern biex f’Malta ukoll tidhol il-ferrovija. Fil-progett tieghu hu xtaq li l-ferrovija jkollha linja wahda tinsaq fuqha u tibda mill-Belt Valletta u tghaddi taht l-art sakemm tohrog mill-Furjana, imbaghad tmur haz-zebbug, ghar-Rabat u ghall-Mosta. Minn hemm tmur Burmarrad u tispicca San Pawl il-Bahar. Izda fl-1873 saru zewg progetti ohra, wiehed mill-Maggur Hutchinson u l-iehor mill-Perit Edward Rosenbuch. Ta’ l-ewwel ried li l-linji tal-ferrovija jkunu mibnija fuq pilasti tal-hadid, biex ma tittehidx l-art u kellha tibda mill-Belt Valletta u tispicca l-Mosta b’waqfien hdejn Bieb il-Bombi, il-Hamrun, St.Venera, Birkirkara, H’Attard u r-Rabat.

Wara kellhom isiru estensjonijiet ghall-Marfa w ohra ghal ta’ Sliema. Il-Maggur Hutchinson haseb li l-quddiem ikun hemm servizz iehor ta’ ferrovija f’Ghawdex mill-Imgarr sar-Rabat. Il-progett tal-Perit Rosenbuch tressaq fid-19 t’April 1873. Hu ssugerixxa li l-ferrovija tibda minn x’imkien ]dejn Marina Gate( Victoria Gate) u tghaddi taht l-art san-naha ta’ Bieb il-Bombi, ghall-Hamrun, Birkirkara, H’Attard u tispicca r-Rabat, tul ta’ ftit iktar minn sitt mili. Imbaghad issugerixxa li ssir estensjoni ohra minn H’Attard ghall- Mosta. Sentejn wara tressaq progett iehor minn Georges Fernandes, pero dan ma ntalqax, peress li ntaghzel il-progett tal-Perit Rosenbuch.

L-ghazla saret  minn kumitat mahtur mill-kunsill tal-Gvern u kien mag]mul mis-sinjuri Adriano Dingli, Giovanni Batt, Trapani, Emmanuel Scicluna, Ramiro Barbaro u Francesco Saverio Decesare. Huma kellhom xi g]ajnuna ta xi periti u quddiemhom, kellhom iz-zewg progetti ta’ Hutchinson u Rosenbuch. Pero Hutchinson irtira l-progett tieg]u. Meta allura ntaghzel il-progett tal-Perit Rosenbuch, dan il- kumitat hargu 23 kundizzjoni biex tkun tista’ titwaqqaf kumpanija formalment. Fost dawn il-kundizzjonijiet insibu li tinghata l-art minn fejn tkun  se tghaddi l-linja, u jitwaqqfu l-istazzjonijiet b’cens ghal 99 sena. Kundizzjoni ohra kienet li x-xoghol kellu jkun lest fi zmien sena minn meta jsir il-kuntratt, u dan jigi meqjus hekk, meta jkun komplut minn kollox u s-servizz jista’ jibda jahdem.

Il-Malta Railway Co.Ltd. twaqqfet fit-12 ta’ Gunju 1879, u x-xoghol ta’ tqeghid ta’ linji u bini ta’ stazzjonijiet mexa’ b’ritmu mghaggel. Il-ferrovija kellha tkun singla track, meter gauge mill Belt  sar-Rabat. It-Terminus tal-Belt kien il- mina. Li saret apposta taht putirjal, fejn illum hemm Yellow Garage. Din il-mina riedet tizbokka ghal hdejn Bieb il-Bombi, ghalhekk il-haddiema li hadmu fuq dan il-progett inqassmu f’zewg gruppi, grupp ihaffer in-naha tal-Belt u l-iehor min-naha tal-Bombi. Izda fejn l-iskola tal-Furjana sabu gibjun u l-haddiema ddevjaw il-mina b’mod li jiskapulawh.

Il-Bini ta’ l-istazzjoni kien fi Triq l-Ordinanza, biswit il-teatru mwaqqa’. Hemmhekk kien hemm l-ufficcju  al-Manager, ufficcju ghal booking u sala kbira ghaninies. Mis-sala kien hemm rampi ghal hdejn il-linji tal-ferrovija. Barra minn dan kien l-istazzjoni kien hemm erbgha ohra. Dawn kienu fil-Hamrun, Birkikara, H’Attard u r-Rabat .L-istazzjonijiet kollha kellhom zewg linji tal-ferrovija biex dawk il- ferroviji li jiltaqghu fihom ma jahbtux ma’ xulxin. Barra dawn l-istazzjonijiet kien hemm erbgha linji. L-impjegati ta’ l-istazzjonijiet kienu jikkomunikaw bejniethom permezz tat- telefon. Tul il- linji tal-ferrovija kien hemm 14-il karma imsejjha tal-Katina. F’kull karma kien ikun hemm ragel impjegat u x’hin tkun gejja l-ferrovija kien iqieghed il-ktajjen biex in-nies u l-karettuni ma’ jaqsmux il-linja.

L-istazzjonijiet tal-Hamrun, Birkirkara, H’Attard kienu b’sular wiehed. Kellhom tinda kbira li mill-bini ta’ l-istazzjon tohrog ghal fuq il-linji biex tilqa ghax-xemx u x-xita. Mal-bibien kien ikun hemm  l-isen ta’ l-istazzjoni mizbugh bl-iswed. It-tinda ta’ l-istazzjon ta’ Birkirkara ghadha tezisti fil-post sal-lum.L-ewwel Manager tal-kumpanija kien F.A.B. Geneste u l-ewwel time tables kienu juru sebgha vjaggi kuljum mill-Belt ghar-Rabat u sebgha ohra lura. L-ewwel xhur kienu nkoragganti hafna u dhul kien ta’ Lm50 kuljum. Meta wiehed jiftakar li n-nol kien ta’ sold u nofs (6 millezmi) sa Birkirkara, tlett soldi u nofs (1c7m) ghall-korsa kollha mill-Belt sa l-Imdina, din kienet soma tajba ]afna. Il-haddiem kienu jhallsu 2 soldi.Izda wara ftit bdew jinqalghu d-diffikultajiet ghax id-dhul nizel ghal £20 kuljum u xi kultant anke inqas. Gara li wara sebgha snin il-kumpanija Malta Railway Co. Ltd., kellha taghlaq, nhar il-31 ta Marzu 1890. Kien kalkulat li minn dan is-servizz il-kumpanija tilfet £80,000.

Imeddjatament il-Gvern ]a kollox f’idejh. Il-Gvern rega’ beda ihaddem is-servizz sentejn wara, nhar il-25 ta’ Frar 1892. Il-Gvern impjega Manager, Lawrence Gatt  li dam ja]dem erbg]a snin. Tul iz-zmien li dam hu saru hafna linji  godda. Warajh lahaq Nicholas Buhagiar. L-iktar  xogholijiet tieghu kienu it-thaffir tal-mina li hemm fl-Imdina u bini ta’ stazzjoni gdid taht l-Imtarfa maghruf bhala l-istazzjon tal-Muzew. Il-haddiema kienu jahdmu sieghat twal hafna, gieli anke mill-4.00a.m sat-8.30p.m u kienu jaqilghu 4 xelini u zewg soldi (20c8m) kuljum. Il-haddiema kienu 63 b’kollox, inkluz il-Manager. F’zmien li l-ferrovija kienet f’idejn il-Gvern jinsabu magni godda w ikbar li kienu jizbdu l-vaguni, dawn hadu post il-magni l-ohrajn.

Fl-1905 twaqqfet il-kumpanija tat-tram u bdew dehlin il-karozzi. Dawn bdew jitfg]u l-ferrovija lura sakemm ghalqet. Sehhew xi ncidenti waqt is-servizz ferronjarju. L-ewwel incident kien fl-25 ta’ Jannar 1893 meta certu Duminku Vassallo, waqa’ minn vagun u spicca taht  ir-roti tal-ferrovija. Hu miet fil-post. Incident iehor sehh nhar San Guzepp ta’ l-Imsida, 22 ta’Jannar 1923. Kien qed isir l-ahhar vjagg mill- Imdina ghall-Belt  u meta l-ferrovija waslet bejn St.Venera u l-Hamrun (hdejn il-knisja ta’ San Frangisk) hi habtet ma’ merhla barrin li kienu qeghdin jaqsmu l-linja. Bil-habta l-ferrovija qabzet il-linja izda hadd ma wegga’. Mill-barrin mietu xi 34 u xi ohrajn sfaw feruti.

Il-ferrovija kienet dejjem tigbed il-vaguni. Ghalhekk lejn ir-Rabat kienet titla’ hi fuq quddiem. Meta tasal hemm u tkun trid tinzel ghall-Belt, hi kienet kun zgancata, taqbad il-linja l-ohra fl-istazzjon, tersaq mal-vaguni, bil-quddiem taghha thares lejhom u tmur lejn il-Belt bir-reverse. Il-Vjagg mill-Belt ghall Imtarfa kien idum 30 minuta bl-energija tal-faham.

F’Birkirkara ghandna l-uniku tracca tal-ferrovija, ghax wara il-knisja l-qadima ghandna dak li darba kien l-istazzjon tal-ferrovija. Infatti ghad hemm it-tinda intatta u l-unika vagun mill-ferrovija qieghed hemm espost biex jarah kulhadd. F’pajjizna ghandna ukoll toroq li juru r-rabtiet lejn il-ferrovija, bhal Triq l-Istazzjon Triq il- Ferrovija, F.Geneste Street(l-ewwel Manager tal-Malta Railway Co.Ltd.) u Triq B.Bontandini, mghallem iehor f’dan is-servizz ferrovjarju.


 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com