Katigoriji ohra
 
 

Oroskopju

 

Aries :
Minkejja l-fatt li għandek ħafna affarijiet x’tagħmel matul din il-ġimgħa, qed tkun diffiċli għalik biex tiffoka fuq dawk l-affarijiet verament importanti. Ipprova iffoka iktar fuq dak li għandek tagħmel biex tillesti xogħlok iktar malajr.

Taurus:
Ipprova għin lil dawk ta’ madwarek, anke jekk dawn l-istess nies ma tantx japprezzaw xogħlok. Ftakar li kull esperjenza f’ħajtek tajba sabiex tirnexxi iktar.

Gemini:
Matul din il-ġimgħa ħa tkun verament enerġetiku f’dak kollu li tagħmel. Ipprova uża din l-enerġija f’kull qasam ta’ ħajtek. Ipprova tgħallem minn nies ta’ kulturi differenti.

Cancer:
Bl-esperjenzi li kellek matul ħajtek tgħallimt kif tgħarbel mill-opportunitajiet li jkollok u tagħżel dawk li huma l-aħajr għalik. Din il-kwalita’ ħa tgħinek ferm matul din il-ġimgħa sabiex taħdem fuq dawk il—proġetti li vera huma ta’ benefiċċju għalik.

Leo:
Din hija ġimgħa tajba biex tiftakar li għandek iżżomm il-kalma f’dak kollu li tagħmel. Tippruvax tlaħħaq ma’ kollox għax inkella xi darba ħa tispiċċa biex tbati l-konsegwenzi.

Virgo:
Ipprova żomm din il-kalma matul din il-ġimgħa, għax jista’ikun li ħa jkollok x’tagħmel proġetti li huma kemmxejn diffiċli. Minn naħa l-oħra, taqtax qalbek. Żomm il-kalma u aħdem bil-galbu.

Libra:
Din il-ġimgħa għandek taħdem naqa fuq ir-relazzjonijiet li għandek mal-maħbub/a tiegħek. Tgħallem isma lill-partner tiegħek u tibżax tesprimi dak li verament tħoss.

Scorpio:
Tippruvax tikkuntenta lil dawk ta’ madwarek qabel ma ssolvi l-problemi li għandek inti. Ftakar li jekk ma jkollox stabbilita’ f’ħajtek ma tistax tippretendi li tagħti għajnuna valida lil nies oħra.

Sagittarius:
Ibda aħseb fil-futur tiegħek. Tħalliex lill-emozzjonjiet f’ħajtek jikkmandaw dak li għandek tagħmel fil-futur.

Capricon:
Din il-ġimgħa għandek tkun kuraġġuż biżżejjed biex tieħu opportunita’ finanzjarja li ħa tiġi ppreżentata f’ħajtek. Tibżax tafda lilek inniffsek fuq deċiżjonijiet kbar

Aquarius:
Għamel mezz biex matul din il-ġimgħa tiffoka fuq dak li taf tagħmel biex tlesti l-proġetti li għandek f’idejk. Tismax min-nies ta’ madwarek, u tantx ittihom widen jekk dawn jgħidulek li mintiex kapaċi f’xi ħaġa.

Pisces:
Ħu l-opportunita’ sabiex matul din il-ġimgħa tiffaċċja xi beżgħat li għandek f’ħajtek. Tibża tagħmel konfront dirett ma’ nies li qed jagħmlulek xi deni.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com