Katigoriji ohra
 
 

Impenn favur it-tishih tal-ugwaljanza

9 ta’ Marzu, 2010

Fl-okkazjoni ta Jum il-Mara, il-Partit Laburista jtenni l-impenn tieghu favur it-tishih tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-glieda kontra kull diskriminazzjoni li qed titfa’ lin-nisa lura fl-oqsma diversi fis-socjetà taghna.


Ghalkemm illum nitkellmu hafna fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi, f’pajjizna ghadna lura ghaliex il-mara f’pajjizna ghadha tiffaccja barrieri kbar u dan narawh kemm fid-dinja tax-xoghol kif ukoll anke fil-familji taghna fejn ghandna l-ikbar glieda li hija dik kulturali fejn l-isterjotipi li ghad ghandhom prominenza qawwija fil-kultura u mentalità ta’ pajjizna. 

Biex il-mara tkun tista’ tilhaq il-potenzjal taghha u b’hekk ikun jista’ wkoll jibbenefika pajjizna, ghandu jkun hemm iktar ghajnuniet biex ikun hemm bilanc shih u bis-serjetà bejn ix-xoghol u l-familja. Il-Gvern ghandu jara jekk pajjizna hux miexi fuq il-binarji tar-roadmap ta’ l-Unjoni Ewropeja fil-qasam ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi biex il-mara f’pajjizna ma tibqax lura imma tkun tista timxi ‘l quddiem u tavvanza bhar-ragel. Dan tenut kont tal-fatt li l-partecipazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xoghol huwa l-iktar baxx fost il-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea u ghadna nofs triq fil-miri tal-agenda ta’ Lisbona 

Il-Gvern ma jistax ikompli jinjora l-fatt li llum f’kull qasam u livell irid isir l-ezercizzju ta’ gender budgeting. Dan ifisser li kull ministeru, dipartiment u ufficcju jrid jiehu decizjoni fejn fihom jigi inkwadrat l-aspett ta’ ugwaljanza. Jekk il-Gvern mhux ser jiehu bis-serjetà dan l-impenn se nkomplu naqghu lura fil-Gender Quality Index tal-World Economic Forum fejn ghal din is-sena ergajna waqajna lura f’dan l-indici dinji li jirrifletti li l-qaghda ta’ l-ugwaljanza f’pajjizna rega’ mar lura. 

F’dan il-jum nuru s-solidarjetà taghna ma dawk in-nisa kollha li huma vittma ta’ vjolenza gewwa djarhom kif ukoll ma’ dawk kollha li qed jiggieldu u jissieltu mal-mard jew ghaddejjin minn zminijiet difficli.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com