Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Is-sistema tal-istipendji tista’ tinbidel din is-sena

Minn Josef Grech

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Dolores Cristina tat indikazzjoni dwar possibbiltà li s-sistema tal-istipendji tiġi riveduta din is-sena.

Hi qalet li dan jista’ jiġri bħala parti mir-reviżjoni li se ssir tas-sistema ta’ kif l-Università ta’ Malta tirċievi l-fondi tagħha. Spjegat li jista’ jkun li f’din ir-reviżjoni wieħ­ed iħa­res lejn mudelli differenti u mhux eskluż li jkun hemm ukoll reviżjoni ġdida ta’ kif l-istipendji preżenti jaslu għand l-istudenti.

Il-Ministru Cristina assigurat li dan bl-ebda mod ma jfisser li l-istudenti jieħdu inqas minn dak li qegħdin jirċievu llum fl-edukazzjoni terzjarja tagħhom.

Għal mistoqsijiet oħrajn li sarulha mid-Deputat Laburistra Owen Bonnici, biex tgħid xi studji saru u kif se tiġi s-sistema l-ġdida tal-istipendji, hi qalet li għadu kmieni wisq biex tingħata tweġiba dwar dan.

 

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com