Katigoriji ohra
 
 

Il-ħsarat li wasslu għal żbroff
tad-drenaġġ fil-bajja tax-Xlendi:
Akkuża li Giovanna qed tiddefendi lill-kuntrattur

Il-Kelliem Ewlieni Laburista għal Għawdex, Anton Refalo, saħaq li hija tal-mistħija kif il-Ministeru għal Għawdex spiċ­ċa l-avukat difensur tal-kuntrattur favorit tiegħu, minflok jiddefendi l-interessi ta’ dawk li jħallsu t-taxxi u tal-ambjent Għawdxi.

Huwa qal dan fid-dawl tal-fatt li l-Ministeru għal Għawdex, f’isem il-Gvern, iddikjara b’mod mill-aktar xokkanti li mhu beħsiebu jieħu l-ebda azz­joni kontra l-kuntrattur li fil-bidu tal-ġimgħa li għaddiet laqat kanna kbira tad-drenaġġ fit-Triq tax-Xlendi. Dan wassal biex drenaġġ niżel direttament fil-baħar u niġġes il-bajja tax-Xlendi, tant li ma setax isir għawm fiha.


Dan ikkawża ħsara ambjentali, inkonvenjent għal persuni li riedu jużaw l-inħawi, u danni finanzjarji għall-opera­tu­ri fis-settur turistiku f’din il-bajja.

Id-Deputat Refalo qal li dan kollu ġara wara li l-Gvern għa­żel li x-xogħlijiet fuq din it-triq isiru fis-sajf, biex jakkomo­da lill-kuntrattur li għall-Mi­nis­tru Giovanna Debono l-interessi tiegħu jiġu qabel il- ħob­ża ta’ kuljum tal-operaturi fit-turiżmu fil-bajja tax-Xlendi.

Żied ifakkar li dan il-kuntrat­tur fl-istess żmien li ngħata l-kuntratt tat-triq tax-Xlendi, irid ilaħħaq ukoll ma’ xogħlijiet ta’ kuntratti kbar oħrajn tal-Gvern li jiswew aktar minn €20 miljun.

“Huwa inaċċettabbli u ekwi­valenti għal ‘double standards’ li l-Gvern qed jgħid li m’hemmx għalfejn jieħu azzjoni għax il-pajp xorta kien se jinbidel. Dan l-atteġġjament tal-Ministru Debono juri kemm l-eko-Għawdex huwa biss daħk fil-wiċċ. Dan l-atteġġjament juri wkoll li kemm hi u kemm il-Gvern Nazzjonalista tassew ma jimportahom xejn mill-ġid tal-Għawdxin, l-aqwa li tal-qalba jistagħnew.”

Id-Deputat Refalo insista li b’rispett lejn dawk li jħallsu t-taxxi, il-Gvern għandu jara x’tip ta’ passi għandhom jit­tieħ­du biex it-taxpayers ma jkollhomx iħallsu għal ħsarat ikkaġunati minn inkompeten­za, kif ukoll li jkun hemm ri­medju għal ħsara ambjentali, għan-negozju u għal inkonvenjenzi oħrajn li nħolqu.



Qiegħda tistenna l-parir tal-avukati biex tieħu azzjoni

Sadanittant fir-reazzjoni tagħ­­­ha għall-akkuża li saritilha, il-Ministru għal Għawdex sos­tniet li l-Kelliemi tal-Oppo­żizzjoni qed jasal għal konkluż­­jonijiet żbaljati għax il-fatt li l-Ministeru spjega li f’dan l-inċident intlaqat pajp qadim li kellu jinbidel, dan bl-ebda mod ma jfisser li m’hemmx għalxiex jieħu azz­jo­ni.

Hija qalet li l-Ministeru jesi­ġi serjetà u ‘accountability’ minn kull min ikun qed iwettaq proġetti f’Għawdex u jis­ten­na li l-obbligi kuntrattwali, fosthom dak ta’ responsabbil­tà, jiġu osservati kollha.

Iddikjarat li dwar dan l-inċident il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jimxi mal-pro- ċeduri stabbiliti u qiegħed jis­ten­na l-parir tal-avukati biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com