Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Malta bl-inqas rata ta’ participazzjoni ta’ nisa fis-suq tax-xoghol

Minn Josef Grech

Fost is-27 pajjiz membru tal-Unjoni Ewropeja,  Malta ghandha  l-inqas rata ta’ participazzjoni ta’ nisa fis-suq tax-xoghol .
Fl-2009, fil-pajjizi tal-Unjoni Ewropeja,  filwaqt li r-rata medja fejn jidhlu  nisa ta’ bejn il-25 u 54 sena li jistghu jahdmu u li izda ma jahdmux (inactivity rate) kienet ta’ 22.1%, f’Malta din kienet tlahhaq il-51.1%, l-ghola rata negattiva fost il-pajjizi kollha.
 Mhux biss. Malta rregistrat ukoll l-inqas rata ta’ nisa ta’ bejn  15 u 64 sena li jahdmu .

Bla dubju ta’ xejn in-nuqqas ta’ nisa fis-suq tax-xoghol irid jigi indirizzat ghal hafna ragunijiet.  
L-Unjoni Ewropea ilha s-snin tesigi fuq il-gvern biex jintroduci mizuri biex jghinu liz-zewg genituri  biex jibqghu jahdmu. Ilna wkoll nisimghu kemm jehtieg li l-gvern jara li l-gradwati nisa jibqghu fis-suq tax-xoghol biex izidu l-gid tal-pajjiz. Izda bil-fatti sar ftit li xejn.

Mhux talli hekk, talli  huwa ta’ thassib li nisimghu ufficjali pubblici gholja – l-ahhar wiehed il-kummissarju tal-pulizija -  jghidu li in-nisa joholqu  sfida ghall-amministrazzjoni minhabba li jiehdu l-maternity leave, u jahdmu sieghat imnaqqsa .      

Dan intqal fil-kuntest  li n-numru ta’ ufficjali fil-korp ilahhaq ghal 1920 li minnhom wiehed minn kull hamsa hija mara.
Il-fatt biss li  ufficjal gholi pubbliku   jaghmel din id-dikjarazzjoni  mhux qed jaghti messagg posittiv biex jigbed aktar nisa jidhlu fil-pulizija u f’xogholijiet ohra.   

Il-Kummisarju  tal-pulizija huwa korrett meta jghid  li  f’certu setturi tal-korp in-nisa jhallu rizultati ahjar mill-irgiel. Ghalhekk  ikun ahjar   li jigi apprezzat il-kontribut importanti u indispensabbli li n-nisa qed jaghmlu lejn is-socjeta’ meta jkollhom  it-tfal,  u  l-leave tat-tqala ma narawhx bhala  piz imma bhala necessita’,  jekk irridu aktar nisa jibqghu jahdmu u aktar nisa  jkollhom it-tfal.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com