Kien nhar il-Hamis, 21 ta’ Jannar 2010 li dawn il-haddiema membri li jahdmu fl-iskejjel Statali nghataw id-direttiva biex ma jaghmlux uzu mit-telefon, mobile phone, email, internet u faxes, kif ukoll ma jiehdux responsabbilta’ ta’ aktar minn zewg Labs fil-gurnata tax-xoghol taghhom.
It-Taqsima Haddiema mal-Gvern tal-Union Haddiema Maghqudin (UHM) qed tilmenta dwar numru ta’ anomaliji li jezistu fl-istruttura ta’ dawn it-Technicians, kif ukoll dwar id-dewmien li qed isir sabiex jigi negozjat ftehim gdid ghal dawn il-haddiema. Il-UHM spjegat li wara li ghaddiet aktar minn gimgha minn meta hargu l-ewwel direttivi u ma kien hemm l-ebda komunikazzjoni min-naha tal-Gvern dwar din il-kwistjoni, ma kellhiex triq ohra hlief li tkompli tharrax l-azzjonijiet industrijali.
Il-UHM qed toqghod attenta hafna li l-azzjonijiet industrijali taghha joholqu tbatija mill-inqas lill-istudenti, pero’ minn naha taghha, d-Divizjoni tal-Edukazzjoni mhi taghmel xejn biex tinstab soluzzjoni. Fic-cirkostanzi l-UHM ser ikollha tirrikorri ghal aktar azzjonijiet industrijali