“Il-moviment li qed jinbena madwar il-PL huwa mimlu b’energija vibranti u pozittiva ta’ moviment li jifhem il-problemi li ghandna llum f’pajjizna, moviment ta’ min mhux jissottovaluta l-problemi li jista’ jiret. Imma ta’ moviment li mhux qed jaqta qalbu minn dawn l-isfidi”.
Joseph Muscat qal li dan huwa moviment nazzjonali li jigbor fih lill-elementi kollha tas-socjetà. U jekk qatt kellna xi dubji li dan il-moviment mhuwiex wiehed inklussiv, dawn illum spiccaw.
“Il-mexxej Laburista qal li ma jridx bidla sempliciment biex nidhru li bdilna. Irridu bidla ghax ghandna progett. Li jmur lil hinn minn elezzjoni. Ghalina elezzjoni hija progett li jwassalna ghal ghazla. Ahna qeghdin ninghaqdu hawnhekk f’dan il-moviment l-akbar moviment socjali li pajjizna qatt ikun ra. Gvern li jkollu f’mohhu u f’qalbu u l-awtorita morali li jaghmel il-bidliet il-kbar”.
“L-ghazla li ghandna hija dik bejn il-forzi konservattivi u reazzjonarji u dik progressivi. Ghazla bejn dawk li maqbudin fil-politika tal-passat u dawk li juzaw medicina tal-bieraht’ lura ghal problemi godda”.
Joseph Muscat qal li l-Gvern ghandu jkun il-vuci tal-moderazzjoni u tas-sens komun.
Il-Mexxej Laburista qal li l-Partit Laburista se jkun il-moviment li jerga’ jaghti lill-pajjizna il-mobiltà socjali u l-bini ta’ middle-class gdida.
Huwa qal li meta jkollok l-ghan u l-vizjoni fejn trid tasal se tasal. U jekk ikollok il-vizjoni l-poplu jifhem meta tiehu d-decizjonijiet.
Attitudni differenti
Joseph Muscat qal li hemm differenzi fundamentali bejn il-partiti.
Il-Mexxej Laburista qal li mhux se nkunu gvern li nharsu lejn il-krizi internazzjonali bhala xi haga li ma nistghu naghmlu xejn biex neghlbuha.
Huwa qal li mhux se noqghodu ngergru dwar il-prezz taz-zejt imma naghtu u tajna proposti energija. Mhux se ngergru dwar l-gholi tal-hajja imma noffru proposti, kif tajna diga’.
Mhux ingergru kontra l-korruzzjoni u nghidu li l-korruzzjoni hija parti min-natura umana, imma naghtu, kif tajna diga’, proposti dwar tmexxija ahjar.
Huwa sostna li ghandna l-PL ghandu ghan ghal kull qasam tal-politika. U dawk l-ghanijiet se jwassluna ghat-tfassil ta’ programm elettorali li mhux se jkun sensiela ta’ weghdi imma roadmap ghal direzzjoni lejn il-futur.
Politika ekonomika
Joseph Muscat qal li l-Ghan ghall-politika ekonomika tal-PL hija li nerfghu man-nies u inqassmu lin-nies.
Sostna li l-politika ekonomika hija l-politika tal-familja ghax daqs kemm tista’ tibni jew tkisser familja bid-decizjonijiet ekonomici tal-gvern
Qal li t-taxxi mhux ghodda biex tahleb. Imma bhala ghodda biex tohloq il-gid.
Turizmu
Dwar it-turizmu, l-Mexxej Laburista sostna li rridu nahdmu bi pjan li jkompli jkattar dan il-pilastru ekonomiku ewlieni ghal pajjiz. Irridu nahdmu biex fil-qasam turistiku naslu ghall-ghan li isem Malta jsir sinonimu ma’ value for money u kwalita’.
Il-biedja u sajd mhux ghar-rimi
Il-pajjiz irid jaghti l-importanza li jisthoqqilhom l-oqsma tal-biedja u s-sajd fejn mhux biss igawdu u jimxu l-quddiem ir-rahhal u l-produtturi izda wkoll il-konsumaturi jkunu jistghu jgawdu minn prodotti friski u ta’ kwalita’.
Jehtieg li jkollna sitwazzjoni fejn filwaqt li l-bdiewa, r-rahhala u l-produtturi jiehdu li haqqhom ghal xogholhom, il-konsumaturi igawdu minn prezzijiet gusti.
Servizzi finanzjarji u kommunikazzjoni.
Joseph Muscat tenna li fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u f’dak tal-kommunikazzjoni, l-PL ghandu vizjoni cara. Vizjoni li tahseb biex ikun hemm kontinwita’ u certezza halli f’dawn l-oqsma l-pajjiz jibqa’ jkun ultra-kompetittiv.
Edukazzjoni – funzjoni ekonomika
Il-Mexxej Laburista tkellem ukoll dwar il-htiega li l-pajjiz ihares lejn l-Edukazzjoni bhala qasam ekonomiku minbarra li tkompli ggorr interessi u aspetti socjali. L-ghan ewlieni jkun dak li tkompli l-hidma bla waqfien halli nnaqqsu dawk l-4 mill-10 itfal li qed nitilfu mis-sistema edukattiva filwaqt li jkomplu jigu mghejjuna dawk li li ghandhom potenzjal.
Huwa ghalhekk li Gvern Laburista fil-qasam edukattiv ser jahdem fil-qrib mal-genituri, mal-istudenti u mal-ghalliema. Ser jaghmel dan bi shab mal-MCAST, mal-ITS, il-Junior College, il-Higher Secondary, l-Univeristà u ma’ dawk li jridu l-pluralizmu.
Zvilupp sostenibbli
Joseph Muscat sahaq kif jehtieg li tinghata mportanza lill-izvilupp sostenibbli tar-regjuni kollha tal-pajjiz u li dan jehtieg isir b’decizjonijiet onesti li jwasslu ghal bilanc.
S’issa kull ma rajna kien zbilanc bl-iskuza tal-Izvilupp Sostenibbli bl-unici riformi li saru kienu mmirati biss biex izidu l-ispejjez u x-xogholijiet b’salarji astronomici.
Fejn jidhol zvilupp irid jinghata mportanza lir-regjun tas-south li tul is-snin spicca mifni b’hafna problemi ambjentali minhabba decizjonijiet tal-Gvern. Dan ir-regjun ghandu jinghata attenzjoni partikolari, liema attenzjoni ilha nieqsa ghal bosta snin. Fl-istess waqt izda trid tinghata mportanza lir-regjuni l-ohra tal-pajjiz.
Ghawdex
Meta tkellem dwar Ghawdex, il-Mexxej Laburista sahaq li l-PL ser jahdem biex tinbidel totalment il-percezzjoni ta’ pajjizna dwar Ghawdex bl-ghan ewlieni jkun dak li Ghawdex isir mutur tal-ekonomija fejn jinholqu opportunitajiet ta’ xoghol ghal Ghawdxin f’Ghawdex.
Ghal Ghawdex, qal il-Mexxej Laburista, hemm bzonn strategija komprensiva . Il-Partit Laburista huwa favur li jkun hemm l-aqwa tip ta’ link permanenti anke bejn iz-zewg gzejjer izda huwa mportanti li fid-decizjonijiet li jittiehdu, l-Ghawdxin ikollhom rwol ewlieni.
Politika socjali
Fil-qasam tal-Politika socjali jehtieg li naddottaw bhala ghan ewlieni dak li t-tfal ikunu fic-centru. Ghan semplici u gust. Bhala pajjiz ma nistghux nippermettu tfal jghixu f’ ambjent abbuziv.
Irridu nahdmu biex neqirsu mill-gdid il-faqar fil-pajjiz filwaqt li naraw li jkollna politika favur il-familji, li ma’ jistghux jibqghu jghixu fil-parodija li l-problemi socjali jissolvew bl-empatija u l-vouchers kif ghamel dejjem s’issa l-Gvern prezenti.
Drittijiet tal-haddiema
Dwar id-drittijiet ghal haddiema, Joseph Muscat qal li jehtieg li l-haddiema jkunu flessibbli izda d-drittijiet taghhom jridu jkunu mharsa sewwa fejn issir hidma qawwija kontra minn jaghti drittijiet inferjuri lill-haddiema.
Irridu naghtu drittijiet godda ghal oqsma godda tax-xoghol. Fost ohrajn irid jinghata d-dritt li jissiehbu f’union, minghajr dritt ta strajk lil membri tal-korpi dixxiplinati kollha nkluzi l-gwardjani, u dawk tal-protezzjoni civili.
Pensjonijiet
Il-haddiema llum, iridu serhan il-mohh dwar il-pensjonijiet taghhom, sostna Joseph Muscat fejn l-ghan ewlieni jkun dak li titnehha s-sitwazzjoni prezenti fejn bil-pensjoni ma tistax tghix hajja dicenti.
Il-PL qed ihares b’importanza lejn il-qasam tal-pensjonijiet tant li huwa l-ewwel partit li ghamel dekasteru dwar dan. Fejn jidhlu l-pensjonijiet, il-mexxej laburista sostna li l-PL jrid riforma sensibbli u mhux se jiehu pariri minn min ghamel riforma hames snin ilu u falla.
Libertajiet civili
Joseph Muscat fakkar kif meta kien elett, inghata mandatt car mill-Konferenza Generali biex ikun mexxej ta’ partit politiku li se jitkellem personalment, bla biza’ u tidwir ta’ kliem favur ligi tad-divorzju. Bl-istess mod se nhalli lil kulhadd jiddeciedi ghalih innifsu.
Din kienet pozizzjoni cara, konsistenti u kredibbli. Aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed issir haga wahda u cara li hija relevant ghas-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum. Fejn b’dan il-mandat qed nirrispettaw l-idea u l-valuri ta’ kulhadd.
“Huwa iktar facli ghalija li nghid la joseph huwa favur, allura dan il-moviment huwa favur. Imma jekk naghmel hekk inkun qed nirfes fuq il-valur li tant nemmen fih. Il-valur tat-tolleranza tal-ideat differenti” sahaq il-Mexxej Laburista.
Bil-maqlub hemm inkongruenza fil-pozizzjoni tal-Partit nazzjonalista fejn partit ma jistax jiehu posizzjoni u wara jghid li ser jaghti vot hieles.
Sahha
Il-qasam tas-sahha qed juri bic-car kemm il-Gvern huwa bla direzzjoni u minghajr ghanijiet cari. Ghal Partit Laburista hemm principju fundamentali fejn tidhol is-sahha, li huwa dak li qatt m’ghandu jithalla li s-sahha tinxtara bil-flus.
Dwar il-qasam tal-IVF, Joseph Muscat qal li t-tlett membri mahtura miz-zewg nahat tal-parlament qablu fuq abbozz ta’ ligi. Hekk kif il-membru laburista kien qed jiddiskuti u ffirma f’isem il-PL wara konsultazzjoni mal-partit, hekk ukoll ghamlu z-zewg rapprezentanti tal-Gvern Nazzjonalista. Ghalhekk wiehed ma’ jistax jifhem kif il-gvern irid jerga’ jiftah il-pakkett ta’ ligi biex nirregolaw l-IVF.
Politika interna
Dwar il-qasam tas-sigurta’ nazzjonali, l-Mexxej Laburista tenna li sfortunatament il-kriminalita’ fil-pajjiz qed terga terfa rasha. Jehtieg azzjoni soda u ekwa ghal kulhadd fejn kulhadd ikun jaf sewwa li min jikser il-ligi, ser jifaccja l-konsegwenzi liema konsegwenzi jkunu msejjsa fuq sentenzi li jkunu konsistenti ghal kullhadd u mhux skond lil minn taf.
Politika barranija
Hekk kif dejjem hadem fl-ahjar interess tal-pajjiz, il-Partit Laburista ser ikompli jaghmel l-istess u m’huwa ser jiddejjaq qatt jiddefendi l-interessi nazzjonali fosthom fl-Unjoni Ewropeja.
Il-pajjiz irid ikun attivi u l-Partit Laburista ser jara li l-presidenza fl-2017 ma’ tkunx photo opportunity izda trid tkun opportunita’ fejn inressqu agenda Maltija quddiem l-Ewropa. Ghal minn jahseb li qed nitkellmu kmieni, qal Joseph Muscat, fil fatt diga ninsabu tard.
Niffukaw
Il-Partit Laburista diga qed jiffoka ghal futur. Il-Grupp Parlamentari issa gie organizzat f’teams li jiffukaw dwar erba’ oqsma ewlenin tal-pajjiz u ser jaghtu bidu ghal sensiela ta’ laqghat u konsultazzjoni kontinwa biex il-PL jithejja sewwa ghal futur u jkollu road map cara ta’ fejn irid u kif ser jasal.
Semma’ kif bhal dan iz-zmien sena ohra tkun bdiet il-kampanja ghal Elezzjonijiet Kunsilli Lokali 2012 li se jkunu elezzjonijiet difficli hafna. Dan ghal zewg ragunijiet sostna Joseph Muscat. L-ewwel minhabba li hemm it-taqbida politika u t-tieni minhabba li l-poplu tilef ftit mill-fiducja fil-kunsilli minkejja li l-maggoranza kbira taghhom hadmu tajjeb hafna.
Huwa sostna li ghal dawn l-elezzjonijiet, il-Partit Laburista ser jishaq fuq trasparenza assoluta fil-hidma tal-kunsilli.
Zewg pagi
Il-Mexxej Laburista semma kif il-poplu jinsab dizilluz bil-politika, u ghandna sitwazzjoni fejn illum il-parlament Malti jinsab imzeblah. Dan huwa rizultat tal-mod mohbi li bih Lawrence Gonzi approva paga doppja ghal membri tal-kabinett tieghu.
Dan mhux accettabbli ghal partit laburista li qed jipproponi li s-salarji ghandhom ikunu decizi b’ indipendenza u trasparenza. Ghalhekk il-PL ippropona li tali decizjoni tithalla f’idejn l-Ombudsman, l-Awditur Generali u l-Kummissarju elettorali ewlieni biex jipproponu huma mekkanizmu u ammonti u wara li dawn ikunu ppubblikati u jkun hemm qbil, jidhlu fis sehh fil-legislatura li jmiss.
Il-Mexxej Laburista sostna li mhux Joseph Muscat biss. Mhux Joseph Muscat u tnejn ohra. Imma l-Membri kollha tal-Grupp Parlamentari Laburista kollha qed jirrifjutaw iz-zieda li qed jaghti l-gvern. Qed jaghmlu dan ghaliex qed jemmnu li mhux hinha, mhux waqtha u mhux il-mod kif isiru l-affarijiet.
Pajjiz li jixraq lil uliedna
Joseph Muscat temm billi qal li l-PL irid ikun il-vuci tal-moderazzjoni u tas-sens komun. L-ghan ikun li nwasslu ghall-ahjar snin ghal pajjizna u naslu biex ikollna Pajjiz li jixraq lil uliedna.