6 ta’ Marzu, 2010
Fit-30 ta’ Novembru, 2009, għalaq iż-\mien ta’ konsultazzjoni dwar id-Dokument ta’ l-Arċidjoċesi dwar il-Festi. Wara, ġew analizzati l-kummenti kollha li daħlu permezz tal-emails, ta’ l-ittri, tal-kitba fil-ġurnali kif ukoll dak li ntqal fuq il-mezzi l-oħra tax-xandir.
B’kollox daħlu 563 kontribuzzjoni differenti bil-miktub (naturalment xi kontribuzzjonijiet kellhom aktar minn punt wieħed) li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu jgħidu li jaqblu jew ma jaqblux ma’ xi parti tad-Dokument. Saru wkoll numru ta’ suġġerimenti prattiċi dwar paragrafi partikolari tad-Dokument. Dawn il-kontribuzzjonijiet [ew minn Kappillani u Kunsilli Pastorali Parrokkjali, Fratellanzi, Kazini tal-Baned, Għaqdiet oħra parrokkjali kif ukoll minn individwi. Daħlu wkoll il-kummenti mill-Għaqda tal-Kazini tal-Baned, mill-Għaqda Piroteknika, mill-Għaqda Nazzjonali tal-Armar, mill-Għaqda tal-Kampanari u mill-Kummissjoni Ambjent ta’ l-Arċidjoċesi.