Huma għamlu flimkien 20 żjara fejn żaru darbtejn Ruma, tliet darbiet Praga, erba’ darbiet Brussels, tliet darbiet il-Lussemburgu, darbtejn Franza, il-Libja, Strasburgu, Ginevra, l-Estonja, l-Isvezja, il-Litwanja u Berlin. L-iktar żjara li ġiet tiswa lill-Ministeru ta’ Mifsud Bonnici kienet dik lejn Ruma u Praga €5,848.83ċ waqt li t-tieni l-ogħla żjara kienet dik f’Pariġi li swiet is-somma ta’ €4,040.64ċ.
Fis-6 ta’ Jannar li għadda, il-Ministru Mifsud Bonnici kien preżenti għall-preżentazzjoni ta’ apparat elettroniku (defibrillator) li ngħata mill-Malta Heart Foundation lill-Qrati tal-Ġustizzja.
Dan l-apparat tant meħtieġ fil-Qrati tal-Ġustizzja, speċjalment għal dawk il-persuni li jbatu b’qalbhom, jiswa €1,700, iżda minkejja l-infieq kollu li sar minn dan il-ministeru matul is-sena li għaddiet, kellha tkun fondazzjoni volontarja li tipprovdi dan l-apparat lill-Qrati tal-Ġustizzja.