Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Iċ-ċilindri tal-gass kważi spiċċaw

Minn Josef Grech

Il-kumpanija Liquigas ħabb­ret li l-l-‘working stock’ ta’ ċilindri tal-gass fl-impjant tal-Qajjenza kien spiċċa għal kollox. Hija kkritikat lill-awtoritajiet talli naqsu li jieħdu azzjoni konkreta biex l-Easygas tirritornalha ċ-ċilindri li “qed tikkapparra” u b’hekk il-pajjiż spiċċa f’sitwazzjoni “insostenibbli” fejn mil-lum id-distributuri tal-gass mhux se jkollhom ċilindri x’jgħabbu fuq it-trakkijiet.

Liquigas qalet li hija għamlet dak kollu possibbli biex tħares l-interessi tad-distributuri u l-pubbliku u anke xtrat eluf iktar ta’ ċilindri milli kien meħtieġ fis-sitwazzjoni imma minkejja li kienet ilha għal dawn l-aħħar erba’ xhur titlob lill-awtoritajiet jieħdu passi kontra l-Easygas kollox baqa’ kif inhu.

“Liquigas ma tibżax mill-kompetizzjoni. Għalina mhix problema li nikkompetu fuq il-prezz u l-kwalità tas-servizz iżda li kompetitur jikkapparra ċ-ċilindri tal-ieħor bil-għan li jip­paralizza s-sistema tad-distribuzzjoni tal-Liquigas hu att inġust. F’pajjiżi oħrajn Ewropej, meta kompetitur jibda’ jilgħab logħob skorrett biex jipparalizza lin-naħa l-oħra, l-awtoritajiet jintervjenu mill-ewwel biex ikun hemm l-ordni. Jaqaw Malta xi eċċezzjoni?”, staqsa Roberto Capelluto, Kap Eżekuttiv tal-Liquigas.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com