5 ta’ Marzu, 2010
L-Amminsitrazzjoni Ċentrali tal-GWU flimkien ma’ l-uffiċjali u ħaddiema tal-Union illum esprimew is-solidarjeta’ tagħhom mad-Deputat Segretarju Ġenerali tal-GWU, Geitu Mercieca wara li dan safa aggredit il-bieraħ filgħaxija ġewwa restaurant il-Belt Valletta.
Il-GWU ikkundannat bla riservi l-aġir tal-aggressur li ġie identifikat bħala Charles Vella, li kien impjegat tal-union sakemm dan tkeċċa mill-impjieg għal raġunijiet serji ħafna. Jirriżulta li wara l-inċident Vella ġie arrestat in konnessjoni ma’ din l-aggressjoni u nżamm taħt arrest fuq ksur tal-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti tal-Maġistrati f’kawżi kriminali separati.