Il-haddiema u l-familji taghhom jibqghu fil-mira tal-Gvern ta’ Lawrence Gonzi |
Minn Josef Grech |
Il-haddiema maltin u ghawdxin flimkien mal-familji taghhom, ghal darb’ohra spiccaw fil-mira tal-Gvern insensittiv ta’ Lawrence Gonzi. Dan hekk kif il-haddiem flimkien mal-familja tieghu, regghu gew iffaccjati b’ziediet ohra fil-prezzijiet tad-diesel u tal-gass.
Huwa car, li Lawrence Gonzi u l-ministri tieghu, li flimkien iddecidew li ghandhom jiehdu zieda ta’ €500 fil-gimgha, qed jippermettu li jigu mposti tali zidiet fuq l-aktar affarijiet bazici, li b’mod l-aktar dirett u indirett, qed jispicca jhallas ghalihom il-poplu.
|
|
Il-Partit Laburista jtenni li kif il-Gvern sab il-flus ghaz-zjieda fil-pagi tal-membri tal-kabinett, hekk ukoll ghandu jsib il-flus biex jghin lil familji. Dan jista’ jsir permezz ta’ mizuri konkreti.
|
|