Il-Gvern irid iddahhal f’mohhu li l-industrija f’dan il-mument ma tiflahx ghall-pizijiet straordinarji, bhal kontijiet tad-dawl u ta’ l-ilma u l-introduzzjoni tal-50centzmu fuq kull turist ghal kull lejl li jqatta’ f’Malta u dan ghaliex ikun qed jipperikola li jdghajjef dan l-izvilupp pozittiv modest li issa beda jinhass fid-dinja.
Il-Gvern jinhtieg ikun responsabbli ghaliex b’dawn il-mizuri straordinarji f’mument kritiku, ikompli jkun il-mezz li tikber l-istaggjonalita’ ghall-industrija turistika f’pajjizna, u ghaldaqstant jipperikola l-investiment u l-impjiegi.
Diga rajna tnaqqis ta’ madwar 10% fis-soddod f’Dicembru 2009 u tnaqqis inkwetanti fl-impjiegi full time matul l-istess sena. Mill-istess statisitka ta’ l-NSO jirrizulta li kien hemm tnaqqis ta’ 8.1% u 6.0% fit-tieni u t-tielet kwart tas-sena 2009 fuq l-istess perjodu ghas-sena ta’ qabel, fl-impjiegi full time.
Ghaldaqstant iz-zieda fil-kontijiet tad-dawl ta’ madwar 7.25 miljuni euros ghal lukandi u 2.75 miljuni euros ghar-ristoranti, kif proposti mill-Gvern ta’ Lawrence Gonzi f’dan il-mument delikat ghall-industrija, qed ikompli jipperikola l-kompetittivita’ fil-prezz ta’ pajjizna bhala destinazzjoni turistika, partikolarment meta l-konsumaturi fid-dinja ghadhom ferm sensittivi ghal prezzijiet.
Huwa ghalhekk li l-Partit Laburista jkompli jishaq mal-Gvern ta’ Lawrence Gonzi biex ikun sensittiv u jirrazzjonalizza d-decizjonijiet tieghu biex jgholli b’mod mill-aktar straordinarju r-rati tad-dawl u ta’ l-ilma, f’mument meta l-industrija f’pajjizna qieghed tissara biex tqum fuq saqajha u meta tant u tant familji Maltin u Ghawdxin qed isofru minn telfien ta’ impjiegi.