Shaqna li l-Gvern kellu minnufih jmur f'ras il-ghajn u jara jekk kienx hemm stabbilimenti fl-inhawi li setghaw kienu qed jirrikorru ghall ksur sfaccjat tal permessi ambjentali (ippc permits) li kellhom obbligi li josservaw.
Kemm il-Gvern ghamel dan, sal-lum ma nafux.
Li huwa cert huwa li minkejja li ghaddew kwazi hmistax il-jum mill-ewwel rapport simili ricenti, illum “Hexagon House” regghet kienet suggetta ghall hafna rwejjah jintnu bil-konsegwenza li dawk il haddiema li riedu, nghataw permess mill-gdid li jitilqu mix-xoghol u jahdmu mid-dar, kif dejjem gara fl’imghoddi.
Din hija sitwazzjoni ntollerabbli li issa qabzet kull limitu.
Jekk il-Gvern mhux ser jkun f'qaghda li jizgura monitoragg xieraq ta impjanti bhall dawk tal-waste oil fil qrib ta Hexagon House, ahseb u ara kemm ser jkun f'qaghda li jizgura li jkun hemm monitoragg effettiv tal-permess ambjentali tal-estensjoni tal-power station il-gdida ta'Delimara, kemm il-darba dan jinhareg.