30 ta’ Jannar, 2010
Id-deċiżjoni tal-MEPA li tapprova l-permess biex issir l-estensjoni tal-power station f’Delimara, minkejja li l-Partit Laburista u membri parlamentari tan-naħa tal-PN appellaw biex id-deċiżjoni titħalla għal wara li l-Awditur Ġenerali jinvestiga u l-Parlament jiddiskuti l-każ, turi l-arroganza li tikkaratterizza lil dan il-Gvern u l-awtoritaijiet tiegħu.
Dan kien sostnut mill-Partit Laburista waqt li qal li l-bieraħ filgħodu reġa’ talab il-posponiment tal-vot b’mod formali permezz tad-Deputat Parlamentari Roderick Galdes, li hu membru tal-Bord, u li ressaq mozzjoni. Iżda ħadd mill-membri l-oħra tal-bord tal-MEPA, kollha persuni ta’ fiduċja ta’ Lawrence Gonzi, ma ssekonda din il-mozzjoni biex jittieħed vot demokratiku b’rispett ta’ dawk kollha li se jkunu affetwati minn dan l-iżvilupp.