Jitolbu ghar-rizenja ta' Gouder
Min-naħa tiegħu l-Moviment Kattoliċi Iva għax dritt fi stqarrija intitolata “Mument possibbli ta’ grazzja” talab għar-riżenja immedjata tal-Pro-Vigarju Ġenerali Mons. Anton Gouder u d-delegat tal-Arċisqof għall-Komunikazzjoni Socjali Fr Charles Tabone.
Il-Moviment talab ukoll wegħda formali li t-Tribunal Reġjonali Ekkleżjastiku jiġi riformat mill-aktar fis waqt li sostna li għandhom jittieħdu passi immedjati biex jingħata bidu biex jingħata bidu għal rappreżentanza wiesgħa (inkluż lajċi u professjonali u saċerdoti ta’ kuxjenza biex jitfassal pjan pastorali ġdid li jkollu ruħ soċjali.
Intant minkejja l-ittra pastorali tal-Isqfijiet tas-Sibt, tard waranofishnar qarrejja ta’ l-orizzont urew l-istemmerija tagħhom għal dak mistqarr mill-konċelebrant ta’ quddiesa fil-knisja ta’ San Girgor, fiż-Żejtun, fejn ikkritika r-riżultat tar-referendum. Dan bil-konsegwenza li bħalma ġara fil-kampanja referendarja, kienu bosta li ħarġu ’l barra mill-knisja.
AD: "Il-poplu Malti wera li ma riedx jerga'jghaddi mill-krucjata tas-sittinijiet"
Michael Briguglio, iċ-Ċerpersin ta’ Alternattiva Demokratika, wieħed mill-membri tal-Moviment IVA għad-Divorzju, IVA għaż-Żwieġ wera s-sodisfazzjoni tiegħu għar-riżultat pożittiv tar-referendum li sar ilbieaħ.
“Huwa ta’ pjaċir kbir li l-poplu Malti ivvota b’mod daqstant raġunat u matur u bis-sens,” saħaq Briguglio f’kummenti lil l-orizzont.
“Il-messaġġ tiegħi kien u jibqa’ li jekk il-votant irid il-bidla, irid jivvota għaliha,” saħaq Briguglio. Qal li l-votant Malti ivvota favur id-divorzju u għalhekk dan id-dritt ċivili għandu jidħol.
“Il-poplu Malti wera li ma riedx jerġa’ jgħaddi mill-kruċjata tas-sittinijiet,” qal Briguglio waqt li akkuża lill-Knisja Kattolika “li minkejja li qalet li ma kinitx se tagħmel kruċjata, għamlet kruċjata kbira, u lagħbet ħafna bil-‘guilt complex’ tal-Maltin.