Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

L-offerta tal-Bank of Valletta plc lill-investituri tal-property fund

Minn Josef Grech

Il-Partit Laburista ilu ghal dawn l-ahhar xhur isegwi l-kwistjoni tal-Property Fund tal-Bank of Valletta, fejn mijiet ta’ persuni ressqu protesti minhabba li jhossu li d-drittijiet taghhom bhala investituri u konsumaturi gew mittiefsa u tilfu ammonti konsiderevoli ta’ flus.

Bhala Oppozizzjoni responsabbli inhossu li issa li gew konkluzi uhud mill-investigazzjonijiet ghandna nikkummentaw fuq dak li qed jigri.

Fil-waqt li jinnota l-offerta li l-BOV ghamel lill-investituri, nemmnu li l-ewwel ma ghandu jsir huwa li tigi ppubblikata l-investigazzjoni li saret mill-Awtorità Maltija ghas-Servizzi Finanzjarji (MFSA).

La darba tlestiet mill-anqas wahda mill-investigazzjonijiet, din ghadha ma gietx ippubblikata.

 

Jekk ma jkunux jafu x’fiha din l-investigazzjoni, kif ukoll rakkomandazzjonijiet li jista’ fiha, l-investituri ma jistghux jaslu ghal decizjoni infurmata dwar l-offerta li ghamlilhom il-Bank biex jaghlqu l-kaz.  Dan huwa wiehed mill-principji ewlenin fil-qasam tal-investiment.

Bhal ma qabel jaccettaw  li jinvestu, l-investituri suppost jkunu wkoll nfurrmati sewwa dwar l-investiment u riskji involuti, huwa xieraq li qabel ma jaghmlu decizjoni finali, l-istessi nvestituri jkunu mgharrfa bl-ezitu tal-investigazzjoni biex b’hekk jiehdu decisjoni infurmata .

Il-Partit Laburista jifhem li jista’ jkun hemm termini ta’ zmien legali li jridu jigu osservati qabel ma tkun ippublikata l-investigazjoni imsemmija.

Ghalhekk, huwa rakkomandabbli fl-interess tal-konsumaturi, li d-diskussjonijiet u offerti jsiru wara l-pubblikazzjoni tal-investigazzjoni mill-aktar fis possibbli.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com