Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Daqshekk dħul minn
Bieb il-Belt! Għalissa

Minn Josef Grech

Il-proġett tad-daħla tal-Belt daħal f’fażi ġdida hekk kif ilbieraħ Bieb il-Belt ingħalaq għall-pubbliku bħalma ngħalqet ukoll it-triq ta’ fuqu li minnha l-karozzi kienu jidħlu fil-Belt kapitali. Il-pubbliku kellu jgħaddi minn triq alternattiva li tagħti minn fejn jieqfu l-ka­rozzi tal-linja għat-telgħa ta’ ħdejn Kastilja.
Iddisinjat mill-Perit Taljan Renzo Piano, il-proġett tad-daħla tal-Belt se jwassal biex dik li kienet il-venda prinċipali tal-karozzi tal-linja issa se tagħmel il-wisa’ għal żona miftuħa bis-siġar u pavimentar mentri l-karozzi tal-linja u l-Funtana ta’ Tritoni se jersqu fil-ġenb.

Anke l-blokk ta’ appartamenti viċin Bieb il-Belt se jin­għata dehra ġdida għalkemm mhux se jint­mess minn ġewwa.

 

 

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com