Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Ser jinvestigahom għal delitti kontra l-umanita'

Minn Josef Grech

Il-Kap Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali qal li se jinvestiga lill-mexxej Libjan Muammar Gaddafi, lil uliedu u lill-uffiċjali tagħhom biex jaraw jekk wettqux atti kriminali kontra l-umanita'.

Louis Moreno Ocampo, il-kap prosekutur, qal li ħadd m'għandu dritt jagħmel massakru min-nies ċivili.

Huwa maħsub li eluf inqatlu fil-vjolenza li rat il-bidu tagħha fil-protesta tas-17 ta' Frar li għadda.

L-Erbgħa, Gaddafi qal li se jkompli jiġġieled sal-aħħar qatra demm minkejja li tilef parti kbira tal-pajjiż.

Aktar kmieni truppi leali lejn Gaddafi reġgħu sparaw missili lejn il-belt ta' Brega, li hi kkontrollata mir-ribelli.


 

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com