Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Tingħata s-sentenza fil-ġuri dwar
traffikar ta’ immigranti illegali:
Il-Malti weħel sitt snin ħabs u l-Għawdxi 18-il xahar

Minn Josef Grech

Philip Azzopardi, ta’ 67 sena minn Birkirkara kien ikkun­dannat għal sitt snin pri­ġunerija filwaqt li Joseph Vella, ta’ 54 sena minn Marsalforn, weħel 18-il xahar ħabs wara li ġimagħtejn ilu kienu nstabu ħatjin f’ġuri li għenu immigranti illegali jaħarbu minn Malta.

Is-sentenza mill-Imħallef Mi­chael Mallia ngħatat ilbie­raħ minħabba li dakinhar li ntemm il-ġuri, fil-15 ta’ Frar, Vella kien ħassu ħażin malli nqa­ra l-verdett tal-ġurija u kellu jittieħed għall-kura l-Is­ptar Mater Dei.

Il-każ imur lura għal Lulju tal-2003, meta grupp ta’ 54 im­­migrant illegali kienu ħarbu mid-Depot tal-Pulizija, fil-Floriana. Sussegwentament ir­ri­żulta li dawn l-immigrati kie­­nu qegħdin jinżammu fil-“Marsalforn Guest House”, li hi proprjetà ta’ Vella, biex minn hemm jaħarbu lejn l-Italja. Għal Vella kien deher l-Avukat Manwel Mallia filwaqt li għal Azzopardi deher l-Avukat Arthur Azzopardi.

Il-pro­sekuzzjoni fil-ġuri tmex­xiet mill-Avukat Lara Lanfranco, mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com