Katigoriji ohra
 
 

Iż-żieda fil-prezzijiet tal-gass u tal-fjuwil:
Aktar diffikultajiet għall-familji Maltin

Il-GWU hija mħassba serjament li ż-żieda fl-għoli tal-ħajja qiegħda tkompli titfa’ f’diffikultajiet kbar lill-eluf ta’ familji Maltin u pensjonanti. Fi stqarrija l-GWU qalet li dan jgħodd iktar meta jitqies li anke jekk tiġi kkonsidrata ż-żieda li ħabbar il-Gvern fis-sussidju li wiegħed lil diversi familji, jibqa’ l-fatt li bħalissa hawn 60,000 persuna f’pajjiżna li qegħdin jgħixu fir-riskju tal-faqar, kif ikkonferma l-Eurobarometer stess ftit tal-jiem ilu.

Għaldaqstant, il-GWU hi diżappunta­ta għall-mod kif il-Gvern stess u l-awtoritajiet pubbliċi qegħdin ikomplu jpoġġu f’aktar diffikultajiet lill-familji Maltin meta mil-lum għola b’mod sostanzjali b’mill-inqas 31% il-prezz tal-gass għall-użu domestiku u l-prezz tal-fjuwil. Dan meta l-familji u l-pensjonanti diġà għand­-hom sfida kbira biex jaraw kif ilaħħqu mal-ispejjeż tal-ħajja ta’ kuljum.

Għaldaqstant, il-GWU hi diżappunta­ta għall-mod kif il-Gvern stess u l-awtoritajiet pubbliċi qegħdin ikomplu jpoġġu f’aktar diffikultajiet lill-familji Maltin meta mil-lum għola b’mod sostanzjali b’mill-inqas 31% il-prezz tal-gass għall-użu domestiku u l-prezz tal-fjuwil. Dan meta l-familji u l-pensjonanti diġà għand­-hom sfida kbira biex jaraw kif ilaħħqu mal-ispejjeż tal-ħajja ta’ kuljum.

Bla dubju, huwa ironiku li filwaqt li l-ħaddiema f’ħafna postijiet tax-xogħol qegħdin jintalbu jagħmlu iktar sagrifiċċji billi anke jnaqqsu mill-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, l-inqas li jistennew hu li jkomplu jiġu mpoġġijin taħt pressjoni kbira b’deċiżjonijiet li jgħollu b’mod qawwi l-prezz ta’ oġġetti essenzjali għall-għajxien.

Ċertament ukoll li ż-żieda fil-prezzijiet tal-gass u l-fjuwil se jkomplu jitfgħu pressjoni ikbar fuq dawk is-setturi ekonomiċi vulnerabbli li għadhom qegħdin jitħabtu biex joħorġu mill-qagħda mwiegħra li ġew fiha minħabba l-kriżi ekonomika internazzjonali u r-riċessjoni li ħakmet lil pajjiżna, ittemm il-GWU.

Sadanittant l-aktar żidiet riċenti li tħabbret fil-prezz tal-gass tfisser li fi żmien ftit aktar minn sena, il-familji Maltin u Għawdxin se jkollhom iħallsu darbtejn u nofs aktar (żieda ta’ 155%) għal din il-komodità essenzjali ta’ enerġija. Din iż-żieda, hekk kif ilha mbassra min-naħa tal-PL anke meta suppost is-sussidji kienu tneħħew kollha s-sena li għaddiet, tfisser biss aktar piżijiet għall-familji u negozji Maltin u Għawdxin.

Il-Kelliema Laburista għall-Utilitajiet, Marlene Pullicino qalet fi stqarrija li l-minimu li seta jagħmel il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi kien li jżid il-benefiċċju tal-enerġija. Madankollu, dan żgur li mhux biżżejjed.

B’kollox il-Gvern se joħroġ massimu ta’ €745,000 biex jikkumpensa lil parti mill-familji. Iżda skont l-MRA, iż-żieda fil-prezz tal-gass se tfissser spiża akbar ta’ €4 miljuni fis-sena għall-familji Maltin u Għawdxin. Dan ifisser li ħafna familji tal-ħaddiema, middle class, self employed u pensjonanti se jmorru minn taħt.

Fil-każ tan-negozji, l-MRA tistma’ li l-ispejjeż tagħhom sejrin jiżdiedu bi 30%, biex b’hekk minflok tama, in-negozji qegħdin jingħataw aktar piżijiet. Wieħed ma jridx jinsa li n-negozji ma huma se jieħdu l-ebda tip ta’ kumpens u li l-gass huwa kommodita’ essenzjali għal pilastru ekonomiku tat-turiżmu. Il-lukandi u restoranti se jkollhom jiffaċċjaw din iż-żieda f’ nofs il-peak season meta ħafna minnhom huma diġa’ marbuta bi prezzijiet mat-tour operators. F’każi oħrajn, iż-żieda f’ dawn l-ispejjeż għan-negozji se jżid il-pressjoni fuq il-prezzijiet lil konsumaturi.

“Din id-daqqa ġiet eżatt wara li l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi ġiegħel lil familji joħorġu €30 miljun oħra fis-sena għall-kontijiet tad-dawl u ilma. U dan meta hemm familji u negozji li għadhom ma rċevewx il-kontijiet bir-riżultat li qed tiżdied l-inċertezza”, qalet Marlene Pullicino.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com