Katigoriji ohra
 
 

Reazzjoni inizjali dwar it-thabbira tal-ftehim fuq il-privatizzazzjoni tat-Tarzna

3 ta’ Frar, 2010

Il-valur nett ta’ €52.7 miljun li qed jghid li se jdahhal il-Gvern mill-privatizzazzjoni tat-Tarzna fuq 30 sena huwa ekwivalenti ghal dak li l-Gvern hallas f’gurnata biex jixtri lura l-weghda li ghamel lis-sidien u l-haddiema tat-trasport pubbliku. 

Mat-thabbira dalghodu ma nghata ebda hjiel ta’ kemm il-kumpanija Taljana se tkun qed timpjega nies, x’investiment se taghmel u x’ tip ta’ rabtiet se tintalab bhala parti mill-ftehim milhuq. 

F’Novembru li ghadda ntqal fil-Parlament li l-evalwazzjoni tal-proposti ghall-parti tas-Super Yachts “miexja wkoll”. Illum smajna li l-privatizzazzjoni tas-Super Yachts u tax-Shipbuilding waqfu.  

Wiehed jittama li fil-Parlament ikollna spjegazzjonijiet iktar cari ghal dawn il-mistoqsijiet biex il-poplu jkun jista’ jevalwa ahjar din il-proposta li thabbret dal-ghodu.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com