Katigoriji ohra
 
 

Ftuh tal-kacca fir-rebbiegha?

29 ta’ Jannar, 2010

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) kit­bet ittra lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi fejn qaltlu li qiegħda tistenna lill-Gvern jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa.

Fl-ittra, l-għaqda irreferiet għas-sen­tenza mogħtija mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fejn din qalet li l-kaċċa fil-ħarifa mhix al­ter­nattiva għal dik fir-rebbiegħa u sostniet li s-sentenza tiġġustifi­ka l-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa u l-in­sib fir-rebbiegħa. L-għaqda rre­­feriet għall-petizzjoni li qiegħda tiġbor il-Birdlife (Malta) u waqt li ddeskrivitha bħala turija ta’ kemm din l-għaq­da mhix taċ­ċetta d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea saħqet li l-qtil tat-tajr protett mhux relevanti għall-kwistjoni.

Waqt li talbet lill-Gvern biex fir-rebbiegħa li ġejja jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib tal-gamiem u s-summien, il-FKNK ħeġġitu wkoll biex jonforza l-liġi fil-konfront tal-kaċċa illegali.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com