Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Apologija li difficli naccettaw

Minn Josef Grech

Anke jekk konna diga’ ipprevedejna li wara hames gimghat ta’ kampanja ibbazata fuq il-biza’ minn ghadd kbir ta’ membri tal-Kleru u Ordnijiet Religjuzi l-Isqfijiet setghu jaghmlu xi forma ta’ apologija, din hija apologija li difficli wiehed jaccetta.

Difficli hafna li wiehed jemmen fl-ispirtu genwin ta’ din l-apologija hekk kif il-kampanja tal-Knisja baqghet ghaddeja b’mod sfaccat anke f’jum is-silenzju u jum il-votazzjoni, sahansitra sa ftit mumenti qabel harget l-istqarrija.

Kien ikun iktar facli ghalina li naccettaw l-apologija min-naha tal-Awtoritajiet Ekklezjastici li kieku din saret fil-mumenti tal-kampanja referendarja fejn l-iktar wegghu nies. Fost dawn kien hemm il-purcissjonijiet tad-Duluri u d-diversi dikjarazzjonijiet estremi bhal meta dawk li ivvotaw IVA gew mghajjra briganti u lpup.

Ikompli jwegghana l-fatt li sahansitra l-awtoritajiet ekklezjastici ta’ pajjizna ridu li din l-apologija tohrog la tghalaq il-votazzjoni. Inqisu din il-mossa bhala wahda Makjavelana u mahmuga.


Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk li ghelbu l-kampanja ta’ biza u llum marru jivvotaw IVA, il-Moviment taghna jsib din l-apologija bhala wahda li difficli naccettaw.

 

 

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com