Malta bl-oghla zieda fil-kontijiet fl-UE |
28 ta’ Frar, 2010
Lawrence Gonzi ghabba lill-Maltin u l-Ghawdxin bl-oghla zieda fil-kontijiet mill-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropea.
L-istatistika tal-Eurostat dwar il-prezzijiet (HICP) turi li z-zieda fil-prezz tal-elettriku, gass u xi fuels ohra (eskluzi l-petrol u d-diesel) bejn Dicembru 2009 u Jannar 2010 kienet l-aktar qawwija f’Malta, b’ zieda ta’ kwazi 29%. Il-pajjiz bit-tieni l-akbar zieda kien il-Litwanja b’ zieda ta’ ftit aktar minn 10%, jigifieri hafna anqas minn dik ta’ Malta.
Iz-zieda medja fil-kontijiet ghall-pajjizi kollha tal-UE u taz-Zona ewro kienet biss ta’ ftit aktar minn 1%.
Sahansitra kien hemm ukoll 6 pajjizi li rahhsu l-prezzijiet, fosthom l-Italja, l-Lussemburgu, l-Olanda, s-Slovakkja, r-Repubblika Ceka, u l-Latvja.
|
|
Bejn Jannar 2009 u Jannar 2010 – Malta bl-oghla zieda, 14-il pajjiz irahhas il-prezzijiet
Meta nqabblu l-prezz ta’ Jannar 2010 ma’ dak ta’ sena qabel (Jannar 2009) insibu ghaldarbohra lil Malta bl-akbar zieda fil-prezzijiet, b’ zieda ohra qawwija ta’ kwazi 18%.
Dan meta 14 il-pajjiz membru tal-UE, jigifieri Franza, Spanja, Litwanja, Slovakkja, Repubblika Ceka, Irlanda, Ingilterra, Germanja, Bulgarija, Estonja, Italja, Belgju, Olanda u Latvja, rahhsu l-prezzijiet tal-elettriku, gass, u fuels ohra, sa 17%.
Bejn Jannar 2009 u Jannar 2010, il-medja ghall-pajjizi kollha tal-UE u taz-Zona Ewro turi rohs fil-prezz ta’ 3.4% u 4.5% rispettivament. Importanti li wiehed jiftakar li l-paragun mall-prezz ta’ Jannar 2009 hu wiehed fejn is-sussidji fuq il-kontijiet ta d-dawl kienu diga’ spiccaw ghal kollox, u ghaldaqstant iz-zieda fit-tariffi tal-elettriku b’ebda mod ma tirrefletti t-tnehhija tas-sussidji.
Meta wiehed jikkunsidra biss it-tariffi l-godda tal-elettriku li dahhal il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi f’ Jannar 2010, dawn huma kwazi 10% oghla minn dawk li kien dahhal il-Gvern f’ Ottubru 2008, meta t-tariffi kienu suppost lahqu l-oghla livell minhabba li l-prezz taz-zejt kien ‘il fuq minn $100 kull barmil.
Il-Gvern kien ukoll qal li t-tariffi ta l-elettriku ta l-2010 suppost kellhom ikunu fuq l-istess livell ta’ dawk ta’ Ottubru 2008, li fil-fatt skond din l-istatistika, turi li dan mhux minnu ghaliex huma 10% oghla.
Il-paragun ma’ pajjizi ohra fl-UE juri bic-car li z-zieda fil-prezz f’ Malta f’ Jannar 2010 kienet ezagerata, minkejja li qabel ma’ zdiedu t-tariffi, Malta kien diga’ kellha madwar d-disa’ l-oghla tariffi ghall-familji u l-oghla ghan-negozji fost il-pajjizi kollha tal-UE.
Ghaldaqstant, din tikkonferma dak li qal il-Ministru Tonio Fenech, li dawn it-tariffi zdiedu sabiex ma jizdiedx id-deficit, mhux biex jaghmlu tajjeb ghaz-zieda fil-prezz ta z-zejt, izda biex jaghmel tajjeb ghall-inkompetenza u l-mismanagement tal-Gvern, kif ukoll il-korruzzjoni. Li kieku z-zieda fit-tariffi kienet dovuta biss ghaz-zieda fil-prezz internazzjonali taz-zejt, li pajjizi ohra jixtru bhalna, kieku t-tariffi f’ Malta kienu jiccaqalqu bhal dawk f’ pajjizi ohra tal-UE.
|
|