Katigoriji ohra
 
 

Malta toffri €140,000 għal Haiti

27 ta’ Jannar, 2010

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg, qal li l-għajnuna li Malta se toffri lil vittmi tat-terremot tal-Haiti tlaħħaq €140,000.

Din l-għajnuna hija komposta kemm minn għajnuna diretta min-naħa tal-Gvern Malti kif ukoll mill-ġabra li kienet organizzata mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċi­vili. Tonio Borg qal dan meta kien qiegħed jindirizza laq­għa tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ew­ro­­pea.


Sadanittant waqt l-istess laqgħa, il-Viċi Prim Ministu, kellu kliem ta’ tifħir għad-determinazzjoni li qiegħda turi l-Presidenza Spanjola biex tistimola l-impjiegi fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Fost affarijiet oħrajn li ddiskuta dan il-Kumitat kienu jinkludu l-missjoni ta’ taħriġ għal forzi tas-sigurtà Somali fl-Uganda u li l-Unjoni Ewropea tifforma politika komuni fil-konfront tal-Afghanis­tan, fl-isfond tal-Konferenza li se ssir f’Londra f’dan ir-rigward.

Dan il-Kunsill tal-Affari­jiet Barranin tal-Unjoni Ew­ro­pea, kien ippresedut mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Miguel Angel Morations, li kien qiegħed jir­rapreżenta lil Presidenza Spanjola.

Moratinos, li riċentament għamel żjara f’Malta qal li l-Presidena Spanjola għandha erba’ prijoritajiet, fosthom, l-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona, il-kordinazzjoni tal-politika ekonomika biex ikun hemm stimolu ekonomiku, biex l-UE tkun stabbilità bħala istituzzjoni importanti fir-relazzjonijiet internazzjonali u biex l-Unjoni tiggarantixxi d-drittijiet u l-libertà taċ-ċittadini tagħ­ha.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com