Raġel ta’ 38 sena mill-Isla, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti ġie mixli quddiem il-Maġistrat Edwina Grima li fis-snin bejn l-2003 u l-2005, ikkorrompa tifla li dak iż-żmien kellha inqas minn 12-il sena.
L-akkużat wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjubin kontrih fil-Qorti mill-Ispettur Graziella Muscat, li qiegħda tmexxi l-Prosekuzzjoni.