Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Titjieb il-qagħda tal-finanzi pubbliċi ta' pajjiżna

Minn Josef Grech

Ir-reazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech għal stqarrijiet separati ppubblikati l-bieraħ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) kif ukoll mill-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika, l-Eurostat dwar il-finanzi pubbliċi ta' pajjiżna kienet, ''Il-qagħda finanzjarja ta' pajjiżna qed titjieb, u b'hekk issir aktar attraenti għall-investiment u l-ħolqien tax-xogħol. Dan kien frott il-ħidma tal-Gvern matul is-sena li għaddiet, li filwaqt li kompla jsaħħaħ u jsostni l-investiment tiegħu fl-oqsma bħall-edukazzjoni, is-saħħa, il-pensjonijiet u servizzi soċjali oħra, ħadem biex ikompli jsaħħaħ l-istabbilita' tal-finanzi tal-pajjiż, u b'hekk pajjiżna jibqa' jsir aktar attraenti għall-investiment u l-ħolqien ta-xogħol''.

 

Dan juri li l-iżbilanċ għall-2010 kien ta' 3.6%, 0.3% inqas minn dak previst oriġinarjament għas-sena li għaddiet, filwaqt li d-dejn jinsab fil-livell ta' 68%, 1% inqas minn dak previst.

Dan ir-riżultat għandu jkun meqjus fid-dawl li l-medja tal-iżilanċ fl-Unjoni Ewropea hi ta' 6% filwaqt li fiż-żona tal-ewro hi ta' 6.4%, aktar mid-doppju ta' pajjiżna. Dan minkejja li bosta pajjiżi Ewropej, kuntrarju ta' pajjiżna żiedu t-taxxi bħall-income tax u l-VAT, żiedu l-miżati tal-universitajiet, keċċew eluf ta' impjegati minn mal-Gvern u naqqsu diversi benefiċċji soċjali li kienu jgawdu minnhom il-familji.

Il-Ministru Fenech saħaq li l-qagħda finanzjarja ta' pajjiż tħalli impatt sostanzjali fuq l-istabbilita' tal-ekonomija tagħha u għalhekk hija kriterju kruċjali li sidien ta' negozju, lokali u barranin, jikkunsidraw meta jiddeċiedu fejn iwettqu l-investimenti tagħhom. Għal Malta, dan hu aktar importanti minħabba l-fatt li bosta pajjiżi tal-Mediterran irreġistraw żbilanċ ferm aktar ogħla minn ta' Malta.

Għaldaqstant, it-tnaqqis tal-iżbilanċ u t-tisħiħ tal-finanzi tal-pajjiż huma kruċjali biex nibqgħu kompetittivi, nattiraw l-investiment u għalhekk jinħolqu aktar postijiet tax-xogħol għal ħaddiema Maltin u Għawdxin.

 

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com