U l-gzejjer maltin, bhala destinazzjoni ghal dawn it-tip ta’ turisti u ghal hafna ohra b’kulturi differenti rridu nuru bil-fatti li ninsabu lesti biex noffrulhom btala mill-aqwa fostna b’rispett lejn l-istil tal-kulturi taghhom. Dan irridu u nehtiegu naghmluh b’mod mill-aktar ghaqli.
Fl-istess waqt, naqblu mat-talbiet li jsiru kontinwament mill-operaturi turistici tas-suq malti u jehtieg li nkomplu nahdmu wkoll fuq il-fattur tal-accessibbilta ghal pajjizna. Ghal dan il-ghan il-pajjiz ghandu bzonn li jkompli jahdem biex imexxi l-quddiem sistema li fiha jkun hemm spazju ghal kumpaniji low cost fl-istess waqt li ma nipperikolawx l-ezistenza ta’ kumpaniji tal-ajru ohra ta mportanza, ewlenija fosthom l-Airmalta.
Irridu wkoll nahdmu aktar biex Malta naghmluha centru tal-ivjaggar b’access ghal partijiet tad-dinja l-boghod minnha. M’ghandniex nieqfu biss fuq il-fatt li qed noffru punt ghal titjiriet ta’ kuljum lejn l-Emirati u lejn pajjizi fil-lvant taghna izda jehtieg li jkollna sistema simili li thares ukoll lejn access ahjar ghas-suq amerikan fost ohrajn. Fuq kollox dan il-pass kien diga ntlahaq snin ilu taht Gvern Laburista u bi ftehim mal-awtoritajiet amerikani bdew isiru titjiriet diretti minn Malta ghal New York.
Fuq kollox f’dan il-jum, filwaqt li nirringrazzjaw lit-turisti li ghazlu lil Malta, rridu nirringrazzjaw ukoll lil Maltin u l-Ghawdxin kollha li jahdmu u dejjem ikunu lesti li jghinu biex jghinu lit-turist ikollu esperjenza mill-isbah f’pajjizna.