Aktar tard, is-Sur Camilleri ikomunika ma’ Sur Vella, Segretarju tat-Taqsima, li l-bord tad-diretturi kien ha d-decizzjoni li ma jarafx lill-UHM bhala rapprezentant tal-kategorija tal-haddiema li l-Union ghamlet talba ghalihom. Il-UHM minghajr riservi tikundana l-ghagir tac-Chairman, s-Sur Alex Camilleri, eks-ufficjal fl-ufficju tal-Prim Ministru li bi ksur tal-ligijiet ta’ pajjizna f’thedid sottili u f’azzjonijiet ohra qed jghedded lill-haddiema tieghu.
Il-UHM titlob lill-Prim Ministru biex jinvestiga dan l-ghagir irregolari u abbuziv. Il-UHM ser tkompli tohrog fil-berah dan l-ghagir li jkun kontra kull etika trejdunjonistika.