Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Il-Ministru tal-Finanzi ghandu jkun iddizappuntat bl-inkompetenza u n-negligenza tal-Gvern li jirrapprezenta 
-Marie-Louise Coleiro-Preca

Minn Josef Grech

Il-Ministru ghal Finanzi m'ghandux ghalfejn ikun dizappuntat meta tigi esposta l-verita' dwar il-Kumpanija AirMalta.  Il-Ministru imissu jkun ddizappuntat fuq kif il-Gvern tieghu halla din il-kumpanija nazzjonali daqshekk importanti ghal pajjizna, tasal f'din is-sitwazzjoni ta' krizi. 

Imissu jisthi l-Ministru tal-Finanzi li:  

(a) Mhux kapaci japprezza li l-Oppozizzjoni accettat li tkun fuq l-Isteering Committee ghar-Ristrutturar ta' l-AirMalta, fi zmien difficli, meta stajna qaghdna gallerija u nhallu lill-Gvern wahdu biex isolvi t-tghaffig li ghamel matul is-snin, u li herra lil AirMalta fil-process; 

(b) F'dan iz-zmien difficli, halla mill-21 ta' Dicembru 2010 sal-21 ta' Jannar 2011, biex ilaqqa' l-Steering Committee, meta mhux biss kien huwa stess li stabbilixxa deadlines urgenti, izda aktar u aktar minhabba l-fatt li hemm tant u tant haddiema inkwetati bil-futur ta' l-ghixien taghhom u l-familji taghhom. 

Hemm ukoll kwistjonijiet ohra li ma nhossx li ghalissa huwa l-mument propizju li jissemmew. 
Ghaldaqstant, il-Ministru ghal Finanzi, ghandu jkun iddizappuntat biss bl-agir tieghu u bl-inkompetenza u n-negligenza tal-Gvern li jirrapprezenta. 

Sadattant, ninnota ukoll il-kumment li ghadda l-bierah il-Prim Ministru waqt il-programm "Inkontri" fejn qal li jekk il-Partit Laburista qed fuq l-isteering committee biex isib min kien responsabbli mill-izbalji, jista' jaqbad u jitlaq 'il barra.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com