Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Konferma li l-Gvern kisser l-Enemalta u qed jghabbi lill-familji

Minn Josef Grech

Dak li qalet Standard and Poor’s dwar il-Korporazzjoni Enemalta jikkonferma dak li ilu jsostni l-Partit Laburista li l-Gvern qed jghabbi l-inefficjenzi ta’ 25 sena ta’ tmexxija finanzjarja hazina tal-korporazzjoni fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li ghaliha huwa responsabbli biss Gvern Nazzjonalista.

L-istqarrija tal-Gvern tifqa’ l-buzzieqa li ilu jonfoh huwa stess li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jirriflettu esklussivament il-prezz taz-zejt. Issa ghandna konferma li l-kontijiet jinkludu d-djun li tella’ Gvern Nazzjonalista u qatt ma hallas. Sahansitra l-powerstation ta’ Delimara li nbniet fl-1989 ma thallsitx u ghadha dejn minkejja li m’ghadhix kbira bizzejjed biex tissodisfa l-bzonnijiet tal-pajjiz.

Issa hija konfermata li l-Gvern qed jghabbi l-€500 miljun dejn tal-Enemalta fuq il-poplu Malti u Ghawdxi.

 

L-istqarrija tikkonferma wkoll kemm taghmel sens il-proposta tal-Partit Laburista li tigi aggustata l-formola Return on Capital Employed (ROCE). Din hija l-component tal-kont tad-dawl u l-ilma li issa l-Gvern qed jghid li wahhalha mal-kontijiet tad-dawl u l-ilma ghax falla l-Korporazzjoni Enemalta. Dan il-component ta’ ROCE huwa sahansitra oghla minn dak li juzaw providers ta’ energija f’ghadd ta’ pajjizi ohra.

Li S&P tnaqqas ir-rating tal-Korporazzjoni Enemalta ghal B- tfisser piz akbar ghall-Enemalta meta tigi biex tiddejjen u li fl-ahhar mill-ahhar dan jigi rifless fil-kontijiet kif kien ikkonfermat illum mill-Gvern fl-istqarrija li hareg.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com