Matul l-2009, minkejja l-fatt li ffranka madwar €60 miljun f’sussidji fuq dawl u ilma, u minkejja l-gheluq tat-tarzni, xorta wahda d-deficit baqa’ jizdied . L-iskuza facli ta’ Dr Gonzi kienet li dan id-deficit kien attribwibbli ghall-ghajnuna li l-Gvern ta biex isalva l-impjiegi. Fil-verità, skont risposta tal-Ministru tal-Finanzi fil-Parlament, jirrizulta li l-ghajnuna matul l-2009 ghall-harsein tal-impjiegi kienet biss ta’ €15-il miljun. Allura, z-zieda ta’ madwar €200 miljun f’deficit minn fejn tirrizulta.
Din is-sitwazzjoni qed tallarma wkoll lill-Kummissjoni Ewropeja li qed tissikka lill-Gvern biex igib id-deficit taht it-3% skond l-kriterji tal-Patt ta’ Stabilita .
Jidher li l-Gvern ricentement qed jimbarka fuq kriterji ta’ kontijiet finanzjarji li aktar jostru milli juru s-sitwazzjoni reali. Fil-fatt, il- Minsitru tal-Finanzi stqarr li l-kumpens ta’ €55 miljun li ta lis-sidien tal-karozzi tal-linja (ghax il-Gvern Nazzjonlista mar lura mill-weghda li ghamlilhom qabel l-elezzjoni) mhux se jaffetwa l-miri finanzjarji tal-Gvern. Dan peress li l-awtoriità l-gdida tat- trasport, cioe Transport Malta ma hiex ser tkun inkluza bhala parti mill-Gvern generali bhalma kient l-ADT. Ghalhekk id-djun taghha ma jidhrux bhala djun tal-Gvern.
Dan jimplika zewg affarijiet: jew il-Gvern se jzid it-taxxi biex jaghmel tajjeb ghal din l-awtorita’ u l-hlas li sar, jew li dan l ezercizzju ma huwa xejn ghajr ezercizzju ta’ “creative accounting”.