Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Wara l-Elezzjonijiet fit-Tunezija

Minn Josef Grech

Il-Partit Laburista jesprimi s-sodisfazzjon tieghu ghal mod korrett u ordnat li bih tmexxew l-elezzjonijiet fit-Tunezija, u jifrah lill-awtoritajiet responsabbli ghal mod kif organizzaw dawn l-elezzjonijiet u kif issorveljaw il-process kollu biex kollox intemm b’wicc il-gid.

Tifhir partikolari jmur ghall-poplu Tunezin, li f’din l-ewwel prova tat-thaddim tad-demokrazija, wera, bil-mod kif agixxa, u bil-partecipazzjoni massicca tieghu fil-votazzjoni, li jistab lest u herqan biex jibda l-mixja demokratika li twasslu ghall-paci, ghal zvilupp socjali u ekonomiku, il-ksib ta’ libertajiet fundamentali, u ghal gustizzja socjali.

Il-Partit Laburista jawgura li kif il-popli f’pajjizi Gharab ohra ispiraw ruhhom mir-rivoluzzjoni pacifika li wettaq il-poplu Tunesin, hekk ukoll jispiraw rwiehom minnhom, u jimitawhom, meta huma wkoll jaslu biex b’mod demokratiku jaghzlu lil min se jmexxihom fis-snin li gejjin.

L-ghazla tal-poplu Tunezin kienet wahda hielsa, u ghalhekk l-ghazla tieghu trid tkun rispettata.
Il-Partit Laburista filwaqt li jirrispetta l-ghazla demokratika tal-poplu Tunezin kif maghmula fl-elezzjonijiet demokratici li ghadhom kemm saru, jawgura li dawk kollha li eletti jzommu mal-weghdiet elettorali taghhom, u li l-boghod minn kull divizjoni politika jew religjuza, jahdmu flimkien biex jaghtu lill-poplu Tunezin kostituzzjoni gdida, li fuqha jsiru elezzjonijiet aktar il-quddiem, u jaghzlu President, Prim Ministru, u gvern, li b’mod demokratiku jaghtu bidu lil dik il-holma ghad-demokrazija li l-poplu Tunezin iggieled ghaliha fit-toroq ta’ pajjizu.

Fl-ahhar nett il-Partit Laburista, jheggeg b’mod partikolar lill-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropeja biex joffru kull ghajnuna mehtiega f’dan iz-zmien delikat, biex ix-xitla tad-demokrazija li nibtet fit-Tunezija, tikber, tissahhah, u trabbi gheruq fondi ghal gid tas-socjeta Tunezina kollha, ghal l-paci fl-Afrika ta’ Fuq, u ghall-aktar zvilupp, koperazzjoni u sigurta fir-Regjun tal-Mediterran.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com