Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Sant mill-ġdid fiċ-ċentru tal-Partit Laburista

Minn Josef Grech

L-eks mexxej Laburista Alfred Sant qiegħed mill-ġdid fiċ-ċentru tal-Partit Laburista, b'sehem attiv fi ħdan il-labour li jikkuntratsa mal-profil pjuttost baxx li żamm l-eks mexxej laburista wara t-telfa laburista fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet.

F'inqas minn ġimgħa l-eks mexxej laburista ddommina x-xena għal darba darbtejn. L-ewwel billi kif iddikjara hu stess mal-gazzetta The Times ta' nhar il-Ġimgħa 21 ta' Jananar, se jkun minn ta' quddiem nett fi ħdan il-Labour biex fil-Parlament ikompli jagħmel l-argumenti tal-PL dwar ir-riforma fl-onorarja tal-Membri Parlamentari.

It-Tnejn filgħaxija Alfred Sant ma attendhiex is-seduta tal-Parlament li matulha il-President tal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek indirizza l-membri Parlamentari u dan għamlu għax skont hu ried jipprotesta għall-mod kif il-Gvern mexa fil-kwestjoni tal-onorarja. Dan minkejja li l-Ispeaker iddikjara li ma kien hemm l-ebda disprezz lejn il-Parlament, kif kien qed jgħid Sant.

Dan is-sit diġa' żvela kif sorsi li tkellmu ma dan l-istazzjon żvelaw kif meta Joseph Muscat sar mexxej laburista, grazzi għall-appoġġ ta' Alfred Sant, Muscat għal bidu prova jiddistakka ruħu minn Alfred Sant iżda aktar ma jgħaddi ż-żmien Muscat u Sant aktar qed jidhru flimkien u Muscat qed jistrieħ ħafna fuq il-pariri tal-eks mexxej laburista..

Jidher li l-importanza li Alfred Sant qed jerġa' jingħata fil-Partit Laburista qed idejjaq lil bosta li ħasbu li l-labour kien se jibda paġna ġdida, iżda min jikkritika r-ritorn ta' Sant qed ikun imsikket mill-klikka ta' madwar il-mexxej laburista Joseph Muscat li fuq deċizjoni tiegħu Alfred Sant qed jerġa' jingħata spazju sħiħ fi ħdan il-Partit.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com