Katigoriji ohra
 
 

Theddid ta’ azzjonijiet industrijali għall-gallarija

25 ta’ Jannar, 2010

Nhar il-Ġimgha 29 ta’ Jannar il-Gvern se jiltaqa’ mal-GWU, flimkien mal-unions l-oħra kollha li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku, biex jippreżentalhom il-konklużjonijiet ta’ studju li tħejja matul dawn l-aħħar sitt xhur dwar il-gradi fis-Servizz Pubbliku. Wieħed għal-hekk jistenna li wara l-preżen-tazzjoni, il-Gvern jibda l-proċess ta’ konsultazzjoni b’mod immedjat mal-unions kollha nvoluti.

Fid-dawl ta’ kif qed iseħħu l-affarijiet, iżda, qed ikun innutat li dwar ċerti deċiżjonijiet li jkun se jieħu xi dipartiment tal-Gvern, hemm min qed jgħaddi l-informazzjoni minn qabel lil xi un²ions privileġġati. Dan biex xi union privileġġata jkollha ċans toħroġ theddid ta’ xi azzjoni in-dustrijali, ħalli f’għajnejn il-ħad-diema tidher li qiegħda tkun hi li ċċaqlaq l-affarijiet u finalment tieħu l-mertu kollu minkejja li d-diskussjonijiet mill-Gvern ikunu qiegħdin isiru mal-unions oħ-rajn ukoll.

Din il-ġimgħa, fl-istess ġurna-ta li l-unions kollha li jirrappre-żentaw lill-ħaddiema tas-Ser-vizz Pubbliku rċivew l-istedina mingħand il-Gvern, fil-midja dehret stqarrija ta’ theddida industrijali mill-UĦM fuq li kien għadu ma ħariġx dan ir-rap²port. Dan mhux l-ewwel darba li ġara tant li kien hemm każi fejn il-UĦM ippruvat tirkeb ukoll fuq il-karru ta’ ħaddieħor biex tid-her hi u tieħu l-mertu kollu għaliha. L-aħħar każ kien meta d-Dipartiment tas-Saħħa kien wasal li jimplimenta miżuri fid-Dipartiment tal-Emerġenza għal servizz aħjar u l-UĦM ħarġet tif-taħar li laħqet ftehim biex jit-neħħa s-Senior Fore²man mill-Mater Dei meta kienet taf li mhux il-każ. Kien hemm każi oħra saħansitra fejn il-UĦM ħar-ġet iddoqq it-trombi hi meta proposti oriġinali tressqu mill-GWU.

Aġir bħal dan huwa mistmerr mhux biss fil-kuntest tiegħu nnifsu imma wkoll li l-UĦM mhix tiddejjaq xejn li ssib min itiha pal²a²ta kif ġara dan l-aħħar dwar il-ftehim kollettiv tal-2005 għall-ħaddiema tal-Gvern. Dak il-ftehim, minkejja li kien negoz-jat u ffirmat mill-un²ions fosthom il-GWU, l-MUT u l-MUMN, u l-Gvern, il-magażin elettroniku tal-Partit Nazzjonalista bla mist-ħija ħareġ jgħid li l-UĦM kienet strumentali biex dak il-ftehim seta jkun konkluż, qisha kienet il-UĦM biss u waħedha li nnegozjatu.

 

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com