Il-UHM ilha sa minn qabel is-Sajf li ghadda b’konsultazzjoni mal-membru u d-delegati sabiex jissottomettu proposti godda. Wara li l-UHM kellha diversi proposti li gew minghand il-membri, dawn gew kollha analizzati u wara gew diskussi wkoll fil-Kumitat Ezekuttiv tat-Taqsima.
Il-proposti l-godda jinkludi titjieb fil-mizuri favur il-familja, titjieb f’kundizzjonijiet ohra ta’ xoghol, revizjoni ta’ numru ta’ allowances generali, tibdil u titjieb fis-sistema tas-salarji kif ukoll ziediet fil-paga ghat-tliet snin li gejjin.
F’korrispondenza li l-UHM baghtet illum gewwa l-Ufficcju tal-Prim Ministru, il-UHM tablet sabiex tali diskussjonijiet jibdew kif inhu mistenni f’Marzu li gej.