Katigoriji ohra
 
 

Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi jippresiedi t-tnedija tal-Best Business Plan Competition 2010

25 ta’ Frar, 2010

Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi, illum ippresjeda t-tnedija tal-Best Business Plan Competition 2010, mill-Junior Chamber International Malta. 

Huwa feraħ ‘l Junior Chamber International Malta għal din l-inizjattiva li qed iniedi għad-disgħa sena konsekuttiva u li permezz tagħha, individwi jew gruppi jkunu jistgħu jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom għal għanijiet ta’ intrapriża.

L-Onor. Jason Azzopardi qal li inizjattivi bħal tal-Junior Chamber International Malta jgħinu jiżviluppaw sens ta’ intrapriża fiż-żgħażagħ tagħna, li jissarraf f’ħeġġa għax-xogħol u l-inventiva. 

Huwa saħaq kif il-Gvern huwa kommess li jgħin lin-negozji żgħar u medji, u self-employed, permezz ta’ bosta miżuri ddiżinjati biex iħajjru l-investiment u l-ġenerazzjoni tax-xogħol. Għalhekk ħaqqu tifhir min, bħal Junior Chamber International Malta, jaħdem biex ikattar kultura ta’ intrapriża.

 

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com