Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Il-PM ta l-barka għal negozjar b’materjal misruq jew hacked minn e-mail privata

Minn Josef Grech

Il-Prim Ministru llum ammetta li ta l-barka tiegħu biex isir negozjar b’e-mails u materjal misruq jew hacked minn e-mail privata.

Dak li qal il-Prim Ministru jikkonferma kemm Lawrence Gonzi sar persuna li lest jinvadi l-privatezz ta’ individwi bl-iskop li jkisser ġurnalisti li ma għandhom x’jaqsmu xejn mal-politika.

Bl-atteġġjament tal-Prim Ministru llum dwar materjal privat u personali li ġie misruq jew hacked ikompli jikkonferma l-inkwiet ta’ċittadini privati li ma jistgħux ikollhom moħħhom mistrieħbl-e-mails, telefon jew kwalunkwe mezz ieħor li jikkomunikaw bih għax jista’ jkun li l-Partit tal-Prim Ministru jidhol fin-nofs.

Id-demokrazija u l-libertà qed tkun mhedda b’dan l-atteġġjament ta’ intimidazzjoni tal-Partit tal-Prim Ministru.

Fondi tal-Unjoni Ewropea

Dwar l-istatus ta’ Objective 1 ta’ Malta għall-fondi tal-Unjoni Ewropea, għal darb’oħra qed ikompli joħroġfiċ-ċar kemm hu dgħajjef il-Prim Ministru meta quddiem il-Kummissarju Ewropew ma tniffisx għad-dikjarazzjoni tal-istess Kummissarju li tgħid li Malta mhijiex se tikkwalifika għall-istatu ta’Objective 1.

Ir-risposta tal-Gvern li qed jinnegozja dwar din ma hijiex kredibbli għax kieku l-ewwel wieħed li jkun jaf li għaddejjin dawn in-negozjati kien ikun il-Kummissarju Ewropew stess.

Hija ċara li Lawrence Gonzi mhux lest jiddefendi l-interessi ta’Malta meta ffaċċjat b’dikjarazzjoni tant skjetta minn Kummissarju Ewropew.


Trasport Pubbliku

Il-biki tal-kukkudrill tal-Prim Ministru dwar il-fjask fit-Trasport Pubbliku ma jiswa’ xejn jekk ma tintrefax, kif suppost, responsabbiltà politika mill-Ministru tat-Trasport Austin Gatt.

In-nuqqas ta’ azzjoni mill-Prim Ministru li tkellem għall-ewwel darba dwar it-Trasport illum turi li mhuwiex fil-kontroll tal-Partit tiegħu u tkellem dwar dan is-suġġett biss għax għandu kriżi.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com