Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Il-Prim Ministru u l-Kabinett ma haqqhomx paga doppja

Minn Josef Grech

“Il-Prim Ministru qed jahdem b’double standards man-nies. Filwaqt li ghat-talba tal-unions biex il-familji jinghataw ghajnuna ghaz-zidiet  fil-prezzijiet tal-petrol, diesel u gass, ir-risposta kienet li se jsir studju u naraw wara tliet xhur, mhux l-istess ghamel biex jaghti lilu nniffsu paga doppja meta ha decizjoni f’wahda mill-ewwel laqghat tal-Kabinett tieghu.”

Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt laqgha politika li saret f’Hal Luqa bit-tema Moviment Gdid ghall-Pajjiz Ahjar.

Il-Ministri ma haqqhomx paga doppja
Il-Mexxej Laburista spjega kif id-diskussjoni tal-paga doppja trid titqieghed f’kuntest ta’ dak li jistaqsu n-nies, jigifieri, jekk il-ministri haqqhomx il-paga doppja b’zieda ta’ €500 meta minister wara l-iehor juru bl-aktar mod car kif il-Ministri li jmexxuhom, fallew f’hidmiethom.

 

Ghawdex spicca desert fil-qasam tax-xoghol m’hemmx zbokk ghalih. Iz-zghazagh ghawdxin qed ikollhom bil-fors jitilqu minn djarhom u ohrajn jemigraw biex jahdmu. Il-Ministru haqqha paga doppja ghal din is-sitwazzjoni?
Fis-sahha, l-isptar spicca mballat bin-nies fil-kuriduri. Min isirlu operazzjoni jitfghuh ‘il barra jew, fi sptar iehor. F’San Vincenz  hemm problema t’iffullar ghax biex  inholoq spazju fil-Mater Dei, tefghu pazjenti f’San Vincenz. Minkejja dan il-falliment, il-Gvern jghid lin-nies biex ma tinsiex li l-isptar huwa b’xejn u jippretendi l-grazzi ta’ dan. Dan meta kulhadd ihallas in-national insurance li ghal hafna issa qed terga’ tizdied.

Il-Mater Dei, sostna Joseph Muscat jista’ jkun sptar state-of-the-art, sabih, ahjar minn St Luke’s, imma xorta sptar zghir li ma jiflahx ghad-domanda tal-poplu Malti.  Ghandna sitwazzjoni fejn hallasna miljuni iktar biex ikollna klinika li tikkura l-kancer u spiccajna ma saritx din il-klinika. Minflok issa se jkollna nonfqu €40 miljun ohra – li huma flus imberkin – biex naghmlu sptar tal-kancer. Spiccajna f’sitwazzjoni fejn l-isptar Boffa qed jispicca u l-isptar tal-Kancer il-gdid ghadu mhux lest. Allura ta’ dan, ghandu jiehu paga doppja l-Ministru tas-sahha?

Bid-decizjonijiet hziena li ttiehdu fit-turizmu fejn il-lukandiera ghadhom lanqas jafu l-implikazzjoni ta’ decizjonijiet li ttiehdu fis-settur taghhom, il-persuna responsabbli fil-Kabinett haqqha li tiehu paga doppja?

L-istess fl-Edukazzjoni.  Din is-sena se jispiccaw l-ezamijiet, imma kien biss issa f’nofs is-sena li giet spjegata kif se tahdem is-sistema li se tintuza. Wiehed  kien jistenna li jekk din is-sena kienet se tibda sistema gdida, imissha kienet lesta qabel bdiet is-sena skolastika. Din il-Ministru tal-Edukazzjoni haqqha paga doppja?

Il-Ministru tal-Finanzi li falla l-miri finanzjarji kollha. Ministru li l-wirt tieghu se jkun €5,000 miljun dejn, bid-deficit li xorta qieghed hemmhekk. Ministru li nehha s-sussidju fuq id-dawl, ilma, gass, tarzna, ipprivatizza entitajiet li kellu l-istat, u minkejja dan u d-dejn qed ikompli joghla. Ministru li qed jitlob sagrificcji minn nies, ma naqqasx it-taxxa ghax mhux il-waqt, imma filwaqt li jrid lin-nies jaghmlu s-sagrificcji kollha, hu qed jiehu €500 zieda fil-gimgha.

Hawnhekk, il-Mexxej Laburista semma’ kif il-Ministru tal-Finanzi,  qabel ma’ kitba approvata fil-jiem li ghaddew mill-Kunsill tal-Ministri tal-ECOFIN, fejn filwaqt  li Malta qed tikkontribwixxi billi naghtu flus ghal pajjizi li ghandhom problemi,  jekk allaharesqatt Malta tigi bzonn il-flus, l-ewwel trid taghti prova li se tigi affetwata l-Ewro qabel taspira li tinghata l-ghajnuna. Dak il-wording li qabel mieghu l-Ministru tal-Finanzi jmur kontra l-interess ta’ pajjizna.
Il-Ministru tar-Rizorsi George Pullicini li f’kawza fil-Qorti Kostituzzjonali nstab li kiser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. F’pajjiz iehor tal-Punent, f’kazi bhal dawn, lanqas tilhaq tinxef il-linka fuq is-sentenza li ma jirrezenjax. Dan haqqu paga doppja?
Il-Ministru tal-MEPA, bit-tahwid taghha, haqqu jiehu paga doppja?

Il-konkluzjoni tan-nies, sostna Joseph Muscat zgur li hija “LE, il-ministri tal-Kabinett ma haqqhomx paga doppja”.

Paga doppja
Il-Mexxej Laburista qal li dak li gara fl-ahhar jiem u l-ahhar sieghat dwar is-salarji doppji, kien kompromess mhux ghax hass l-opinjoni pubblika, imma ghall-fatt li l-Prim Ministru beza’ li jitlef vot fil-Parlament.
Fakkar kif il-Prim Ministru diga’ beza’ minn vot fuq il-progett tal-Kon-Katidral ta’ San Gwann, beza’ u qal li se jippubblika l-kuntratt tal-iSmart Meters, dahhal id-divorjzu fuq l-agenda ghax kien dahru mal-hajt.


Dr Muscat qal li issa l-Prim Ministru  gie 30 xahar tard quddiem il-Parlament b’decizjoni li ghogbu jzommha mistura anke minn dawk ta’ gewwa stess.
Biex u meta titiehed decizjoni, irid ikun l-ahjar zmien li titiehed dik id-decizjoni trid tintrefa minn min ikun hadha. Imma d-decizjoni li ha l-Prim Ministru fuq il-kwistjoni tal-paga doppja tal-Ministri, la hadha fil-mument it-tajjeb u lanqas refa’ r-responsabbilta’ ghax ipprova jahbiha. Dan billi issa qed johrog li anke meta ttiehed il-vot fil-budget, it-tieni paga tal-ministri kienet mohbija.


Issa l-Prim Ministru  qed jipprova jbengilha billi jghid li min jahdem bhala tabib jew il-bank u jinsab fil-parlament,  jiehu zewg pagi wkoll. Joseph Muscat qal li min jahdem bhala tabib jew min jahdem il-bank, it-tnejn li huma jaghmlu x-xoghol taghhom apparti mill-Parlament. Mhux l-istess jista’ jinghad ghall-Ministri.

Sostna li l-Prim Ministru ma ghamel U-Turn xejn, ghax il-principju baziku baqa’ li l-Ministri jiehdu zewg pagi. L-unika differenza hija li minflok zieda ta’ €600 fil-gimgha se jiehdu €500 fil-gimgha.

Joseph Muscat qal li tant il-mizura tal-paga doppja kienet mohbija li l-Kabinett ha decizjoni u ma nfurmax lil dawk li kienu milquta mid-decizjoni tal-kabinett.

Huwa ddikjara li la qatt kien infurmat u lanqas qatt ma nghata paga doppja u dan minkejja li din id-decizjoni ttiehdet sentejn ilu. Huwa insult li jkollok kariga kostituzzjonali bhal ma hija ta’ Kap tal-Oppozizzjoni, jew Speaker, li tittiehed decizjoni dwarek u ma jinfurmawkx biha.

Dr Muscat rega’ sahaq li mhuwiex se jiehu z-zieda doppja u mhuwiex se johodha “ghax hu mhux ghall-bejgh”.
Il-Mexxej Laburista sahaq li b’dak li ghamel Lawrence Gonzi zeblah lill-membri parlamentari kollha. Il-mod kif qed jipprova jghatti din iz-zieda ta’ zewg pagi qed jaghmilha billi jipprova jzeffen il-Parlamentari kollha. Suggett tant delikat bhal dan, kellu jigi diskuss b’mod apert u trasparenti, imma minflok spicca biex il-mod ta’ kif trattah il-Prim Ministru ta daqqa lill-istutzzjoni kollha tal-Parlament.

B’hekk fi zmien li gej, il-Parlament irid ikun lest biex juri li huwa istituzzjoni li jhoss dak li jhoss il-poplu u jahdem b’mod trasparenti.

Wara dak kollu li ghaffeg wahdu, issa Lawrence Gonzi qed jghid li jrid qbil unanimu u car.
Staqsa jekk dan ifissirx li l-PM qed jghid li minghajr qbil mal-oppozizzjoni, huwiex se jmexxi xorta wahda. Dan minbarra l-fatt lid war il-paga doppja, iddecieda wahdu u qed isostni li jrid  jibqa’ jaghti lilu nniffsu u lil shabu paga doppja.

Il-Partit Laburista, tenna Joseph Muscat ser jaghmel il-pozizzjoni tieghu cara. Li huwa zgur hu li ahna se nkunu dejjem fuq in-naha tan-nies.

 

Konferenza Generali
Il-Konferenza Generali bit-tema “Pajjiz li jixraq lil uliedna” ser tkun l-ewwel pass ghal tfassil ta’ manifest elettorali. Ser tkun konferenza li ssostni kif il-Partit Laburista huwa partit miftuh biex jilqa’ fi hdanhu aktar nies godda fi hdanhu, Partit li ser ikun qed jisma biex jiffissa l-prijoritajiet ghal futur.  Dan b’kuntrast mal-Gvern ta’ Lawrence Gonzi li  jfarfar il-problemi fuq il-poplu filwaqt li jqassam il-gid lill-ftit ta’ madwaru.

Ghal Partit Laburista, tenna Joseph Muscat, l-elezzjoni hija biss il-bidu. L-Ghan ewlieni tal-Partit  huwa li l-gustizzja socjali ma tkunx imkejla fuq il-vouchers; li jkollna Gvern li mhux iserrah il-kuxjenza socjali tieghu billi jghin 25,000 ruh. Il-kejl tal-gustizzja hija li ma twassalx lin-nies f’dik is-sitwazzjoni. Mhux inharsu minn elezzjoni ghall-ohra imma li nharsu li permezz ta’ bidla fil-Gvern ikollna pajjiz li jixraq lil uliedna.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com