Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Is-Sitwazzjoni dwar il-care orders.

Minn Josef Grech

Il-Partit Laburista jilqa’ b’sodisfazzjon il-hatra ta’ task force mill-Kummissarju tat-tfal sabiex tigi evalwata s-sitwazzjoni dwar il-care orders.

Bhala Partit Laburista ilna zmien twil nirrilevaw li s-sitwazzjoni ta’ tfal taht ordni ta’ harsien jew li jinhtiegu l-hrug ta’ tali ordni ghandha bzonn tigi indirizzata immedjatament. Ghandna tfal li ghalkemm qed jghixu f’ambjent ta’ abbuz, thallew jghixu f’dan l-ambjent minhabba nuqqas ta’ rizorsi u allura baqghu ma nhargux l-ordnijiet tal-harsien mehtiega.

Minhabba n-nuqqas ta’ rizorsi kazijiet ta’ tfal li ghandhom bzonn l-ghajnuna qed jithallew jaqghu lura ghaliex is-social workers ma jistghux ilahhqu mad-domandi tax-xoghol b’dan allura li l-bzonnijiet ta’ dawn it-tfal mhux qed jigu indirizzata adegwatament. Minflok ma qed jinghata servizz u trattament skont il-kaz kif appuntu jigi rakkomandat f’kull rapport li jsir f’kull kaz individwali, is-social workers qed jispiccaw f’sitwazzjoni li ma jistghux isegwu dak il-programm individwali ghaliex ma jistghux ilahhqu max-xoghol.

Illi hemm ukoll il-htiega li ssir evalwazzjoni tas-servizzi kollha li jinghataw lit-tfal li ghandhom problemi ta’ mgieba u kif ukoll li r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kummissarju precedenti Carmen Zammit u li qed isiru mill-Kummissarju tat-tfal prezenti jigu implimentati ghaliex allura kull ezercizzju li sar u li ser isir, ikun inutli.

Drittijiet tat-tfal fuq il-karta biss mhux ser jindirizzaw il-problemi ta’ dawn it-tfal u ghalhekk hemm bzonn li l-politika tat-tfal, li l-Ministru Cristina qalet li kellha tkun lesta sa l-ahhar tas-sena li ghaddiet, tigi varata minnufih.

Dawn it-tfal ma jistghux jistennew iktar. B’dan id-dewmien u tkaxkir tas-saqajn qed tinsterqilhom it-tfulija taghhom u dan bi ksur tal-konvenzjoni internazzjonali tad-drittijiet tat-tfal.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com