Il-valur tal-familja huwa ċentrali u L-aqwa politika għall-familja hija l-politika ekonomika. Ekonomija li toħloq ix-xogħol u l-ġid. Dan ix-xogħol u l-ġid irid jinħoloq mis-settur privat f’Għawdex, qal Joseph Muscat.
Huwa sostna li mas-settur privat se nkunu ċari u nagħtuh stabbiltà uċertezza. L-istat għandu jgħid b’mod ċar lill-investitur li jaqbel ma’ proġett u jaħdem biex iwettqu, mingħajr burokrazija żejda. Dan inaqqas mill-inċertezza lill-investitur privat li jrid jinvesti f’Għawdex.
Is-settur privat narawh is-sieħeb kruċjali għal Għawdex. Se nieħdu deċiżjonijiet diffiċli wkoll biex jinħoloq ix-xogħol f’Għawdex. Bil-kliem ħadd qatt ma ħoloq ix-xogħol u aħna lesti nieħdu azzjoni deċiżiva b’rispett lejn l-ambjent biex noħolqu xogħol f’Għawdex, qal il-Mexxej Laburista.
Reġjun li qed jokrob għall-bidla
Joseph Muscat qal li dan ir-reġjun qed jokrob għall-bidla. Imma bidla fid-direzzjoni għall-aħjar, b’għaqal.
Permezz tal-għaqal se nwasslu għal bidla fid-direzzjoni. Nagħtu stabbiltà lil Għawdex għax l-intrapriża privata għandha bżonnha biex jinħoloq ix-xogħol f’Għawdex.
Aħna se nkunu Gvern li niddiskutu, niddeċiedu u nwettqu dak li niddiskutu, qal Dr Muscat.
Il-proċess illum taħt il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi huwa li nitkellmu, nitkellmu u mbagħad ma jsir xejn.
Joseph Muscat semma kif anke l-Kummissjoni Ewropea qed tinduna b’dan meta qalet li l-Gvern jitkellem ħafna, għandu pjani li jidhru sbieħ ħafna imma jaslux biex iwettqu.
Dwar Smart City Dr Muscat qal li din il-ġimgħa kellna xhieda ta’ kif il-gvern qed jaħdem. B’Austin Gatt jgħid li tort tal-MEPA, il-MEPA tgħid tort tal-Gvern, Gatt jgħid tort tal-MEPA u l-MEPA tgħidlu qatt ma rċevejt applikazzjoni, u dan meta hemm eluf ta’impjiegi fin-nofs.
Dr Muscat qal li tixxokkja ruħek imbagħad tisma’ dikjarazzjonijiet bħal dawn li saru li effettivament jista’ jkun li skolpa obbligi kuntrattwali li l-Gvern tant ftaħar bihom dwar l-impjiegi. Dan meta Austin Gatt qal li issa b’li ġara fil-kwistjoni ta’ kif il-Gvern falla fl-obbligi kuntrattwali tiegħu, Smart City m’għandhomx obbligazzjoni lanqas li jġibu xogħol wieħed.
Li hu żgur huwa li min wiegħed 5000 post tax-xogħol u issa qed jgħid li dik il-wiegħda ma tgħoddx, irid jinżamm responsabbli. Dik ir-responsabbiltà trid tinġarr mill-Prim Ministru, qal Joseph Muscat.
Joseph Muscat fakkar kif Austin Gatt qal ukoll li pajjiżna ma’ħareġ xejn għal dan il-proġett, meta ngħatat art f’sit prim li jiswa’ miljun kbar. Jekk dan huwa r-raġunar tal-gvern xejn ma niskanta li l-finanzi tal-gvern splodew, qal Dr Muscat.
Anke fi proġetti bażiċi l-gvern ma jasalx
Joseph Muscat qal li l-Gvern għadu ma wasssalx l-impjiegi ta’ Smart City, imma lanqas qed iwassal proġetti iktar bażiċi. Dan huwa Gvern li jitkellem, jitkellem u jitkellem u ma jasal qatt.
Dwar Eko-Għawdex il-Gvern tkellem u tkellem biss. Qal li se jinvesti €25 miljun fi tliet snin u spiċċaw nefqu €60,000 f’konsulenzi u €1.5 miljun b’kollox, jiġifieri nefqu biss 6% ta’ dak imwiegħed.
Semma kif suppost saru l-windfarms fl-art f’Ghawdex. Suppost sar master plan għall-isptar ġenerali ta’ Għawdex u minflok lanqasżewġ ambulanzi ma kienu jafu jagħmlu sew. Suppost sar business incubation.
Suppost sar micro-enterprise park. Suppost sar open air studios u minflok kellna sfreġju fid-Dwejra. Suppost kellu jinbena casino. Suppost kellha ssir pixkerija. Suppost sar pjan għall-kosta. Suppost saret pixxina f’tax-xħajma. Suppost sar kampus għall-istituzzjonijiet edukattivi f’Ghawdex, minflok lanqas l-eżamijiet f’Għawdex għall-Għawdxin ma jsiru. Suppost inbena qortiġdid għal Għawdex meta għad lanqas sar Imħallef f’Għawdex, kif qed jipproponi l-Partit Laburista.
Fuq proġetti oħra beda xogħol imma jew għadu ma tlestiex jew sar nofs leħja. Suppost sal-2010 kellu jsir upgrading tal-operating theatres, beda x-xogħol imma għadu ma twettaqx kollu. Villa Rundle ilha biex issir tliet snin. Il-biċċerija għal Għawdex għadha ma saritx. Il-moll taċ-Ċirkewwa diġa’ ntefqu l-miljuni f’overruns, imma għadu ma sarx.
Il-Mexxej Laburista qal li b’differenza, il-Partit Laburista jrid jisma’leħen l-Għawdxin u jippromwovih. Dan qed isir bil-fatti anke mill-Oppożizzjoni permezz ta’ mozzjoni li kienet titlob biex flimkien mal-F.O.R.U.M tidħol ukoll il-Kamra tal-KummerċGħawdxija
Metaġejna fil-Parlament kollha kemm aħna vvutajna biex Għawdex tkun rappreżentata mill-intrapriża Għawdxija. In-naħa tal-Gvern kollha nkluż il-Ministru u t-tliet deputati tal-PN ivvutaw kontra, qal Dr Muscat.
Lill-Għawdxin irridu nagħtuhom il-leħen. Ġa wrejna mill-oppożizzjoni u nwettquha meta nkunu l-gvern.
L-Għawdxin iridu jkunu nvoluti fid-diskussjoni, fid-deċiżjonijiet u li dawn jiġu rispettati, qal Joseph Muscat.
Il-viżjoni tiegħi għal Għawdex hija ta’ Xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin qal Joseph Muscat u dan se jsir b’għaqal. B’team li lest li jiftaħ idejh għal dawk li qiegħdin diġa fi ħdanu u lest jilqa’ fi ħdanu niesġodda irrispettivament mill-passat jew il-preżent tagħhom.
Miri tal-finanzi jmorru żmerċ
Joseph Muscat qal li sa nofs din is-sena t-target tad-dejn tal-gvern inqabeż u nqabeż b’€70 miljun. Huwa semma wkoll li d-deficit diġa huwa ogħla b’25 fil-mija u nqabeż b’€31 miljun.
Il-Mexxej Laburista qal li biex il-Gvern ikun kredibbli meta jipprovdi governabbiltà jrid ikun trasparenti u jaf x’inhu jagħmel.
Rapport li ħareġ mill-Economist Intelligence Unit tefa’ mistoqsija kbira ħafna u gravi ħafna dwar il-figuri li tal-gvern. Il-gvern qal li l-figuri tal-esportazzjoni żdiedu bin-nofs. U l-EIU staqsa kif ġie esportat iktar żejt iktar milli ġie importat meta aħna pajjiż li ma nipproduċux żejt.
Għaddietġimgħa u l-Gvern ta’ Gonzi żamm skiet perfett dwar mistoqsija daqstant importanti minn entità awtorevoli li investituri jħarsu lejha qabel jinvestu, qal Joseph Muscat.
Din hija kwistjoni ta’ inkompetenza fit-tmexxija tal-finanzi u l-ekonomija u allura mhux ta’ b’xejn li ma jintlaħqux il-miri.
Dr Muscat staqsa kif Lawrence Gonzi ma rreaġixxa xejn dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Ewropea li Malta mhux se tikkwalifika għal fondi ta’Objective 1. Dan se jsir mhux għax aħna bħala pajjiżimxejna ‘il quddiem imma għax daħlu l-Bulgarija u r-Rumanija li l-livell tagħhom tant hu baxx li naqqas il-medja, b’tali mod li aħna spiċċajna ‘il fuq mill-medja.
Il-PM għal darb’oħra naqas li jitkellem dwar dan, għax jibża jaqbeż għall-interessi ta’ Malta, qal Joseph Muscat.
Joseph Muscat semma’ wkoll kif inbidlu l-figuri ta’ kemm tħallsu b’mod finali Skanska u skont mistoqsijiet Parlamentari ħareġ li wara li l-Prim Ministru fil-Parlament iddikjara li l-ħlas lil Skanska kien finali, issa ħareġ li fil-fatt minn dak iż-żmien ‘il hawn il-ħlas żdied b’€7 miljun.
Ebda tnaqqis ta’ deficit mingħajr tkabbir
Dr Muscat iddikjara li l-Partit Laburista jemmen fid-dixxiplina fiskali, iżda jemmen ukoll fl-għaqal. Jemmen ukoll iżda li l-ebda pjan għal tnaqqis fid-deficit ma jista’ jkun sostenibbli mingħajr tkabbir ekonomiku.
Mhijiex soluzzjoni li tagħfas iktar l-ekonomija għax issa mhux flusħiereġ minnha imma demm.
Il-Partit Laburista se jinċentiva l-bżulija u jkisser il-burokrazija u mhux se jħalli l-istat li jibqa’ joħloq l-ostakli.
Is-sigriet ta’ kollox huwa t-tkabbir ekonomiku.