Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Jitnieda l-proċess ta' tender għal-logħob tal-Lottu, Super 5 u Lotterija Nazzjonali

Minn Josef Grech

Tnieda l-proċess ta' tender għad-drittijiet tal-logħob tal-Lottu, Super 5 u l-Lotterija Nazzjonali mill-Privisation Unit għal għaxar snin. Dan il-proċess ser iwassal sabiex tingħata din il-konċessjoni għad-drittijiet sabiex b’mod esklussiv jiġu operati n-National Lottery Games imsemmija. Minbarra dan, min jirbaħ din il-konċessjoni jkun jista' ukoll joffri logħob ieħor, matul il-perjodu tal-konċessjoni b’mod mhux esklussiv.

Id-dokumentazzjoni ta’ dan il-proċess tista tinġabar mill-uffiċċji tal-Privatisation Unit bejn l-24 ta’ Ottubru u tal-11 ta’ Novembru 2011 sa nofsinhar.

 

Għal aktar informazzjoni dwar dan il-proċess wieħed jista jagħmel kuntatt mal-Privatisation Unit fuq 21230424 jew fuq email victoria-mary.wilson@gov.mt.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com