Ghalhekk, qal Joseph Muscat, l-interess tieghu hu li jigu protetti t-tfal u li jkun hemm protezzjoni ghall-familja l-gdida.
Il-Mexxej Laburista qal li jkun lest nivvota le wkoll kieku jkun jaf x’inhi l-alternattiva li qed joffri min jopponi d-divorzju. Kieku jghidu li jekk ma jiddahhalx id-divorzju mhux se jitkissru l-familji, kieku hu jivvota le. Imma dak mhuwiex il-fatt ghax familji se jibqghu jitkissru. L-alternattiva li qed jaghti min jopponi d-divorzju hija nibqghu fis-sitwazzjoni ta’ bhalissa fejn ghandna 2 separazzjonijiet kuljum, annullamenti jingiebu ghal min ghandu l-kuntatti, u persuni li jaffordaw li jistghu jgibu divorzju minn barra.
B’hekk jemmen fid-dhul ta’ ligi tad-divorzju responsabbli li tkun wara 4 snin separazzjoni, minghajr tama ta’ rikonciljazzjoni, manteniment adegwat u protezzjoni tat-tfal.
Joseph Muscat qal li jaqbel u jemmen li l-familja Maltija hija b’sahhitha hafna, u allura staqsa ghalfejn din il-biza’ kollha.
“Nemmen li l-familja Maltija kapaci tibqa’ soda u tghix anke jekk jidhol id-divorzju. Ghandi fiducja fil-familja maltija. Ghandi fiducja fil-poplu Malti. Naf li se jkun difficli li dan ir-referendum jghaddi. Imma naghzel li nuri fiducja fil-Maltin, fiducja fil-familja Maltija,” qal Joseph Muscat.
Rega’ qal li hu se jirrispetta d-decizjoni li tittiehed fir-referendum, imma sostna li din mhijiex kwistjoni li se tieqaf hawn, ghax hadet hajja ghaliha. Qal li jemmen li jekk jghaddi r-referendum il-Parlament se jkun matur bizzejjed biex jillegsila skont il-mistoqsija li staqsejna fir-referendum.
Sostna li jemmen li wara r-referendum se jkun hemm bzonn ta’ healing process f’pajjizna bejn kull min ivvota iva u dawk li vvotaw le.
Joseph Muscat qal li “ma naspirax bhala mexxej ta’ partit politiku li jkollna pajjiz maqsum fuq din il-kwistjoni. Lanqas nixtieq nara Knisja li tbati jkun xi jkun ir-rizultat.”
Il-PL ma jaqbilx mal-ligi dwar capping fuq danni
Joseph Muscat tkellem dwar ligi li qed tigi diskussa fil-Parlament li fiha l-Gvern qed jipproponi li jsir capping fuq kazijiet ta’ kumpens ghal mewt jew meta persuna jwegga’ jew f’accident jew fuq il-post tax-xoghol.
Il-Mexxej Laburista qal li din il-ligi hija pastazata li harget fid-deher biss wara li kien il-PL li qajjem il-kaz.
Il-ligi qed tipproponi li l-massimu ta’ kumpens li jinghata f’kaz ta’ mewt ikun ta’ €200,000 u f’kaz ta’ xi hadd iwegga’ b’mod involutarju jinghata massimu ta’ kumpens ta’ €600,000. Qal li l-ligi kif inhija proposta mhijiex accettabbli u li l-PL se jkun qed jivvota kontra fil-Parlament.
Qal li f’dan il-qasam minn zmien ghal zmien il-gudikatura rfinat is-sistema. Imma issa l-gvern idahhal capping ghax waqa’ ghal-lobbyists tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni, qal Joseph Muscat.
Il-Mexxej Laburista qal li issa l-iskuza zoppa tal-gvern se tkun li din il-ligi se tghin biex ikun hawn aktar out-of-court settlements.
Sostna wkoll li issa se jkun hemm min jiggustifika din il-ligi billi jghid li jekk ma tidholx fis-sehh il-kumpaniji tal-assigurazzjoni se jghollu l-premiums. Joseph Muscat ghamilha cara li l-Partit Laburista ma joqghodx ghal rikatt simili u zieda fil-premiums ma tkunx gustifikata, anke bis-sahha ta’ direttiva Ewropea.
Sahaq li huwa jemmen fil-business imma ma jaccetta qatt li jsir business ghad-detriment tal-konsumatur kif jista’ jsir f’dan il-kaz.
Joseph Muscat qal li ghadu jixtieq jisma’ argument wiehed validu ghal din il-ligi min-naha tal-Gvern. Izda dan l-argument ghadu ma wasalx.
Sitwazzjoni tal-care workers
Il-Mexxej Laburista tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-care workers li qal li kieku ma kienx ghall-PL ma kienx johrog dan kollu fid-deher. Huwa qal li kitbulu aktar care workers fejn spjegawlu s-sitwazzjoni taghhom fejn fost l-ohrajn omm qaltlu li taqbad paga ta’ €550 fix-xahar.
Huwa sostna li issa li qed issir inkjesta mill-Gvern, ma ghandhomx ikunu l-haddiema ta’ dan il-kuntrattur li jaqlghuha. Wissa’ biex hadd ma jigri bl-idea li jitnehha l-kuntrattur u jitwaqqfu l-haddiema. Qal li jekk il-Gvern isib lill-kuntrattur hati u jkun irid iwaqqfu, ghandu jaghmel dan filwaqt li jaghmel kundizzjoni li l-kumpanija li se tiehu x-xoghol warajh ghandha timpjega l-care workers b’kundizzjonijiet accettabbli. Jew inkella jekk jinzamm il-kuntrattur ta’ bhalissa, ghandu jpatti ghal ghemilu u wara jaghmel mezz li jimpjega lill-istess haddiema b’mod accettabbli.
Semma kaz iehor fejn madwar 50 haddiem ta’ Selmun Palace gew infurmati li ma hemmx flus ghall-paga taghhom li tohrog fl-ahhar tal-gimgha d-diehla. Huwa qal li din mhux sitwazzjoni accettabbli. Fl-istess hin qal li j’alla johrog il-Ministru Tonio Fenech imerih dwar dan ghax ikun ifisser li dawn il-haddiema se jiehdu l-paga. Sostna li jekk hemm bzonn jibqa’ jsemmi l-kaz kull xahar biex il-paga taghhom tohrog kull xahar.
Huwa qal li r-regolatur f’dan il-qasam ir-regolatur daqslikieku ma jezistix u sahaq li l-ewwel ghandu jkun il-Gvern li jaghti ezempju li jimpjega n-nies bil-kundizzjonijiet li suppost biex ikun jista’ jaghti ezempju lill-privat isegwi
Kazijiet ta’ Tonio Fenech
Joseph Muscat qal li issa l-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech tant jinsab b’dahru mal-hajt li spicca biex ghamel libell lill-Partit Laburista ghax qal li qed isirlu character assisination. Huwa sostna li ma hemm ghalfejn hadd jaghmillu assassinju tal-karattru ghax hu qed jaghmel suwicidju mill-karattru tieghu bil-kazijiet kollha li kellu.
Il-Mexxej Laburista qal li Tonio Fenech qed jigi attakkat u kiritikat ghax huwa inkompetenti u ghandu serje ta’ kazijiet li jikkonfermaw dan.
Joseph Muscat qali li Fenech sostna li l-Partit Laburista ma jattakkahx fuq ix-xoghol fil-Ministeru tieghu. Dr Muscat qal li dan assolutament mhux minnu filwaqt li rega’ sahaq li huwa ministru inkompetenti.
Biex tkejjel dan, qal Dr Muscat, il-mistoqsija li ghandna nistaqsu hija, il-familji din is-sena qed jghixu ahjar mis-sena ta’ qabel, jew ahjar minn tliet snin ilu. U r-risposta li tohrog tkun ir-risposta ghal dak li qal Tonio Fenech.
Joseph Muscat qal li fost dawn hemm l-ARMS li hija certifikat tal-inkompetenza ta’ Tonio Fenech.
Filwaqt li sostna li rridu nassiguraw li t-tariffi jkunu gusti fakkar kif minn din is-sena l-familji Maltin u Ghawdxin qed ihallsu €14-il miljun aktar fuq kontijiet ghax il-gvern ma tax cekk tal-energija.
Qal li l-kontijiet qeghdin gholjin daqstant biex jghattu snin shah ta’ mismanagement tal-gvern u qed ihallsu ghalihom familji, middle-class u self-employed.
Joseph Muscat qal li f’dan il-qasam f’pajjiz Ewropew ta’ veru, it-trasparenza ma hijiex optional imma trid tidhol bil-fors. Huwa qal li taht Gvern Laburista tiddahhal din it-trasparenza fejn ir-regolatur f’dan il-qasam ma jibqax kelb tal-but imma jsir regolatur sura ta’ nies u indipendenti li verament ikun jipprotegi lill-konsumatur.
Il-gvern ma jhaddanx valuri bazici Ewropej bhal trasparenza, ghax f’liema pajjiz fl-Unjoni Ewropea ma tkunx taf kif jinxtara z-zejt, qal Joseph Muscat.
Joseph Muscat semma kif ingabru €245 miljun f’sisa u taxxa minn fuq il-prezz tal-fuels fl-ahhar snin. Fakkar kif meta mmorru naghtu d-diesel jew il-petrol ghal kull 20 ewro petrol li nitfghu fit-tank, 11 il-ewro huma taxxi. Sostna illi l-kritika hija fil-mod kif dawn it-taxxi ma jintefqux tajjeb ghall-konsumatur.
Dr Muscat qal li l-inkompetenza ta’ Tonio Fenech tkompli tohrog meta nehha s-sussidju fuq il-kontijiet tad-dawl u ilma, fuq il-gass, ghalaq it-tarzna, dahak b’tal-linja u tant setturi ohra.
Meta tqis li wara dan kollu l-Ministru tal-Finanzi ghadu jrid jaghmel skemi ta’ darba bhal ma huma amnestiji biex ilahhaq mal-miri tieghu stess, tinduna kemm huwa inkompetenti.
Bhala ezempju iehor Joseph Muscat semma l-Progett ta’ Piano li l-ewwel intqal li mhux se jkun piz fuq it-taxpayer u li se jkun hemm fond. Imma din il-gimgha hareg li l-Gvern ha self ta’ €12-il miljun mill-BOV. Il-verita hija li dan se jkun piz fuq it-taxpayer.
Dwar il-power station ta’ Delimara qal li fir-rapport ta’ din il-gimgha l-Awditur Generali rega’ sahaq li l-eks-chairman tal-Enemalta kellu jirrezenja minhabba kunflitt ta’ interess fl-ghoti tat-tender ta’ €200 miljun ghall-power station il-gdida. L-awditur semma wkoll il-kazijiet ta’ subcontractors li nstabu hatja ta’ korruzzjoni f’pajjiz iehor.
Fid-dawl ta’ dan kollu johrogu li l-Gvern Malti diga’ hallas kwazi l-ispiza kollha tal-power station lill-BWSC. Dan juri kemm il-Gvern ta’ Gonzi huwa dghajjef mal-barrani filwaqt li iebes mal-familji li ma jridx jaghtihom iktar minn €1.16 zieda.
Joseph Muscat qal li kif jista’ l-Partit Laburista ma jikkritikax lill-Ministru Tonio Fenech dwar il-kaz tal-whistleblower li qal li kien qed jahdem fuq id-dar tal-Ministru wara li l-kuntratturi Montebello qabbduh biex jaghmlu pjacir lill-Ministru ghax kien qed jghinhom fil-bejgh tal-lukanda Jerma.
Jippretendi l-Ministru li ma jigix kritikat li s-segretarju tal-Ministru ammetta li ha l-flus u li pprova jirranga fuq taxxa lill-istess Montebello. Kif jippretendi li ma nghidux li l-istess segretarju privat ha l-flus minghand montebello ghal attivitajiet politici tal-Ministru. U l-uniku risposta tal-Ministru kienet li ghandu hafna nies jigbru flus ghall-kampanja.
Jippretendi l-ministru Fenech li l-Partit Laburista ma jghidx li taht ir-responsabbilta tieghu johrog li hemm nuqqasijiet enormi u leakages ta’ madwar 11% jew €50 miljun li mhux se nigbru mill-VAT. Dan kollu meta d-Direttur Generali tal-VAT qal li dak kollu li kien qed jaghmel kien qed jirraportah lill-PM u lill-Ministru.
Jippretendi li l-Partit Laburista ma jsemmilux li ma riedx cuc Malti jmexxi l-Air Malta. Jew li f’dan il-perjodu jirrizenja c-chairman u jippretendi ma jkunx hemm mistoqsijiet – meta kien hu u l-Gvern tieghu li dahhlu l-Air Malta go hajt.
Joseph Muscat qal li f’dan kollu Tonio Fenech huwa bbakkjat politikament mill-Prim Ministru li qed jidher li huwa ostagg ta’ Tonio Fenech.