Katigoriji ohra
 
 

It-tibdil fis-sistema tal-bejgħ ta’ prodotti agrikoli:
Il-Gvern stenna wisq biex beda jiċċaqlaq

Il-Partit Laburista jaqbel mal-miżuri mħabbrin mill-Gvern għall-ħolqien ta’ sistema fejn il-bdiewa jkunu jis­tgħu jbigħu l-prodotti tagħ­hom direttament lill-konsu­maturi, anzi jemmen li l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi stenna wisq biex beda jiċ­ċaqlaq.

“Kienu l-bdiewa u l-konsu­maturi li ħallsu l-prezz ta’ dan id-dewmien permezz ta’ dħul inqas u prezzijiet ogħla rispettivament,” qal l-Avukat Joseph Sammut, Kelliem Ewlieni Laburista għall-Biedja u s-Sajd. Hu qal li fl-istess waqt li jappoġġja dawn il-miżuri, il-PL jemmen li dan m’għandux ifisser li ma jsirux ir-riformi tant meħtieġa fil-Pitkalija, li tħal­liet abbandunata għal tant snin taħt dan il-Gvern.

Ippjanar serju kien ikun ifis­ser li, bħala eżempju, jitwaq­qaf bord tal-maniġment bis-sehem ta’ dawk interessati u li permezz tiegħu titwaqqaf strut­tura moderna ta’ Pitkalija li tiggarantixxi l-ogħla standards tas-swieq fejn il-konsu­matur ikollu għażla ta’ kwa­lità billi l-prodotti jkunu ‘gra­ded’ kif jagħmlu swieqi oħ­rajn fil-pajjiżi tal-UE.

Proġett simili kien jikkwalifika anke għal fondi Ewropej. Fl-istess waqt, il-Gvern irid jiċ­ċara jekk il-bdiewa li se jbigħu direttament lill-konsumaturi humiex se jkunu eliġibbli għas-sussidju bħal fil-każ tal-prodotti li jidħlu fil-Pitkalija, u b’liema mod se jsir il-ħlas.

Wieħed jittama li l-Gvern ma jkomplix jinjora lill-bdie­wa u jibqa’ jarahom dubbien b’arroganza li saret tipika ta’ dan il-Gvern, qal l-Avukat Sammut.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com