Skond l-Awditur tal-MEPA innifsu dan id-Direttorat sahansitra abdika mir-responsabbiltajiet tieghu lejn id-Direttorat tal-Ippjanar.
Jikkonfermah wkoll dak li ntqal mill-Awditur li l-istess Direttorat Ambjentali naqas milli jaghmel ‘screening’ xieraq tal applikazzjoni biex jistabbilixxi l-impatt tal-ffilmjar involut.
Sadanittant ghada ma nghatat ebda spjegazzjoni ghalhiex ma kienx hemm monitoragg professjonali u lanqas saret dik li tissejjah ‘appropriate assessment’ kif normalment jsir f’siti NATURA 2000.
Fil-kaz tal-estensjoni tas-Seminarju f’Tal-Virtu’ jidher car li il-policies kollha li kellhom jigu osservati qabel nhareg il-permess gew injorati ghall kollox. B’hekk il-MEPA giet taqa u tqum mhux biss mill impatt tat-trasport, is-siting, l-importanza ekologika, il-landscape value u il-provvedimenti tal-Pjani Lokali izda lanqas tal- kunsiderazzjonijiet demografici taz-zona.
Sadanittant il-parir mehtieg tal-HERITAGE ADVISORY COMMITTEE lanqas biss ntalab.
Dawn iz-zewg ezempji tipici juru li kien hemm inkompetenza, abbuzi serji jew ghar min hekk - tahlita tat-tnejn.
Li nsibu nkwetanti huwa li flok mal-Gvern ta’ l-widen mehtieg lir-rakkomandazzjonijiet tal-AWDITUR tal MEPA, rega waqa mill-gdid fin-nassa tas-soltu li halla lid-dirigenti ewlenin tal-MEPA jinfexxu f’attakk u kritika gdida kontra l-AWDITUR tal-MEPA nnifsu.
Fiz zewg kazi wiehed jistenna biex jara min ser jgorr ir-responsabbilta’ politika ta’ dan kollu.