Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Il-vot Parlamentari dwar ir-referendum
dwar id-divorzju għas-16 ta’ Marzu

Minn Josef Grech

Fil-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra tar-Rappre­żen­tanti, ilbieraħ ġie deċiż li vot Parlamentari dwar il-mozzjoni tal-Partit Laburista dwar ir-referendum dwar id-divorzju se ssir fis-16 ta’ Marzu fis-1.00 ta’ wara nofsinhar. Id-dibattitu se jibda llum, u mbagħad se jkun hemm disa’ seduti oħrajn ta’ diskussjoni, bil-ħin jinqasam indaqs bejn Gvern u Oppożizzjoni.

Ta’ min jgħid li fl-aħħar jiem il-Kap tal-Oppożizzjoni, Joseph Muscat qabel li jemenda l-mozzjoni tal-Partit Laburista dwar id-divorzju, biex issa se jkun nhar is-Sibt 28 ta’ Mejju.

Dwar il-mistoqsija li għand­ha titressaq lill-poplu f’dan ir-referendum, Joseph Muscat baqa’ jżomm mal-pożizzjoni oriġinali tiegħu u f’ittra mibgħuta lill-Prim Ministru tenna li l-Grupp Parlamentari Laburista ma jaqbilx li l-mistoqsija tkun waħda ġenerika.

Il-mozzjoni mressqa mill-Partit Laburista nhar it-Tnejn li għadda, tgħid li l-mistoqsija għandha tkun ibbażata fuq leġiżlazzjoni li taħseb għal divorzju responsabbli. Skont din il-mistoqsija, biex persuna tkun eleġibbli għall-għażla tad-divorzju trid tkun ilha separata għal mill-inqas erba’ snin, li ma jkun hemm l-ebda tama raġonevoli ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin u li jkun garantit manteniment adegwat għad-dipendenti tal-familja.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com