Il-haddiema tal-Playmobil japprovaw l-ahhar proposti tal-ftehim kollettiv |
Minn Josef Grech |
F’laqgha li saret illum ghall-haddiema tal-kumpanija Playmobil, il-haddiema b’vot sigriet approvaw l-ahhar proposti dwar il-ftehim kollettiv taghhom. Fil-laqgha s-Segretarju tat-Taqsima Kimika u Energija tal-General Workers’ Union, Jason Deguara, spjega fid-dettall lill-haddiema l-ezitu tad-diskussjonijiet.
Hu spjega minn fejn bdew u sa fejn waslu d-diskussjonijiet. Huwa qal li l-kumpanija kienet lesta li tiehu l-kaz quddiem it-Tribunal Industrijali. Id-decizjoni min-naha tal-kumpanija ma kinitx tfisser li l-Union ma tistax tiehu dawk l-azzjonijiet kollha mehtiega biex tiddefendi lill-haddiema, inkluzi azzjonijiet industrijali. Dwar il-kaz tat-tribunal, waqt il-laqgha, ghamel intervent il-konsulent legali tal-GWU Aaron Mifsud Bonnici, fejn spjega l-process tat-Tribunal Industrijali.
|
|
Ghal-laqgha kien prezenti ukoll is-Segretarju Generali tal-GWU Tony Zarb. F’intervent li ghamel, qabel mal-haddiema prezenti marru jivvutaw, Tony Zarb spjega z-zewg toroq li kellhom quddiemhom biex jiddeciedu dwarhom il-haddiema. Huwa qal li jmur fejn imur il-vot, u tkun xi tkun id-decizjoni l-Union kienet se tirrispetta d-decizjoni tal-haddiema u kienet lesta li tmexxi ’l quddiem il-kaz kif jiddeciedu l-haddiema.
Huwa rringrazzja lis-segretarju tat-taqsima Jason Deguara u lill-membri kollha tal-kumitat tal-haddiema ghal hidma li wettqu fl-ahjar interess tal-haddiema.
|
|