Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Franco Debono determinat li jastjeni

Minn Josef Grech

Id-Deputat Nazzjonalista Franco Debono għadu determinat li jastjeni fil-vot li se jittieħed fl-4 ta’ Novembru fuq il-mozzjoni tal-PL li fiha qed tintalab ir-riżenja tal-Ministru Austin Gatt.
Waqt laqgħa tal-Eżekuttiv tal-PN li sari l-ħamis, Debono baqa’ jinsisti fuq il-pożizzjoni tiegħu. Laqgħa oħra mistennija ssir nhar it-Tnejn li ġej.

Sadanittant, l-Oppożizzjoni għadha tinsisti li l-Ministru u l-appuntati politiċi tiegħu li flimkien miegħu kellhom x’jaq­s­­mu mar-riforma tat-trasport pub­bliku għandhom jerfgħu r-responsabbiltà u jirriżenjaw.

Il-Kelliem Ewlieni dwar it-trasport u l-Affarijiet Marittimi, Joe Sammut, fakkar li l-PL ilu mill-bidu li saru l-bidliet fit-trasport pubbliku juri lill-Gvern li l-poplu mhux moqdi. Kienet biss l-insensittività tal-PM Gonzi, il-Ministru Gatt u l-appuntati politiċi tagħhom li wasslet għal dan il-falliment.

“Hu sorprendenti li l-Gvern issa għamel nofs ammissjoni ta’ falliment, meta sal-Ġimgħa l-Gvern kien qed isostni li kollox kien suċċess,” qal Sammut.

Żied jgħid li sadattant, il-Gvern għandu jgħid jekk hux se jitlob lura l-€400,000 f’kon­sulenza li nefaq għar-rotot, li parti sostanjali minnhom marru għand kandidati Nazzjonalisti, biex dawn irriżultaw f’fal­liment. Il-Gvern għandu jgħid ukoll jekk dawn il-bidliet kollha frott ta’ nuqqas ta’ ppjanar hux se jiswew aktar lit-taxpayers Maltin u Għawdxin.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com